+Artikolu 10 Reġistrazzjoni tal-operaturi u tal-installazzjonijiet f’pajjiżi terzi
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 10 7.
---+Artikolu 10 8.
|
Artikolu 10 Reġistrazzjoni tal-operaturi u tal-installazzjonijiet f’pajjiżi terzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Meta ssir talba mingħand operatur jew installazzjoni li jinsabu f’pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tirreġistra l-informazzjoni dwar dak l-operatur u dwar l-installazzjoni tiegħu fir-reġistru CBAM imsemmi fl-Artikolu 14.
|
|
Artikolu 10 2.
|
It-talba għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja li trid tiġi inkluża fir-reġistru CBAM fil-mument tar-reġistrazzjoni:
(a)
l-isem, l-indirizz, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-korporazzjoni jew tal-attività u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-operatur, u, jekk applikabbli, tal-entitajiet ta’ kontroll tiegħu, inkluża l-kumpanija omm ta’ dak l-operatur, flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn;
(b)
il-post ta’ kull installazzjoni, inkluż l-indirizz sħiħ u l-koordinati ġeografiċi espressi f’lonġitudni u latitudni, inklużi sitt deċimali;
(c)
l-attività ekonomika ewlenija tal-installazzjoni.
|
|
Artikolu 10 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-operatur bir-reġistrazzjoni fir-reġistru CBAM. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun valida għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tan-notifika tagħha lill-operatur tal-installazzjoni.
|
|
Artikolu 10 4.
|
L-operatur għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 li tirriżulta wara r-reġistrazzjoni, u l-Kummissjoni għandha taġġorna l-informazzjoni rilevanti fir-reġistru CBAM.
|
|
Artikolu 10 5.
|
L-operatur għandu:
(a)
jiddetermina l-emissjonijiet integrati kkalkolati f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness IV, skont it-tip ta’ oġġetti prodotti fl-installazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
(b)
jiżgura li l-emissjonijiet integrati msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jiġu vverifikati f’konformità mal-prinċipji ta’ verifika stabbiliti fl-Anness VI minn verifikatur akkreditat skont l-Artikolu 18;
(c)
iżomm kopja tar-rapport ta’ verifika kif ukoll rekords tal-informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati fl-oġġetti f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V għal perjodu ta’ erba’ snin wara li tkun twettqet il-verifika, u, fejn applikabbli, kopja tad-dokumentazzjoni meħtieġa biex jintwera li l-emissjonijiet integrati ddikjarati kienu soġġetti għal prezz tal-karbonju f’pajjiż terz li jkun effettivament tħallas, sa tmiem ir-raba’ sena wara s-sena li matulha l-persuna indipendenti tkun iċċertifikat l-informazzjoni li tinsab f’dik id-dokumentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 9(2);
(d)
jiddetermina, fejn applikabbli, il-prezz tal-karbonju mħallas f’pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 9, u jtella’ d-dokumentazzjoni u l-evidenza ta’ akkumpanjament.
|
|
Artikolu 10 6.
|
Ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 5, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu, għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu l-verifika tal-emissjonijiet integrati f’konformità mal-Artikolu 8 u mal-Anness VI, u biex jippermettu r-rieżami, f’konformità mal-Artikolu 19, tad-dikjarazzjoni CBAM li tkun saret minn dikjarant awtorizzat CBAM li tkun ġiet żvelata l-informazzjoni rilevanti lilu f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 10 7.
|
Operatur jista’ jiżvela l-informazzjoni dwar il-verifika tal-emissjonijiet integrati u l-prezz tal-karbonju mħallas f’pajjiż terz imsemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu lil dikjarant awtorizzat CBAM. Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jkollu d-dritt li jagħmel użu minn dik l-informazzjoni żvelata sabiex jissodisfa l-obbligu msemmi fl-Artikolu 8.
|
|
Artikolu 10 8.
|
Fi kwalunkwe mument, l-operatur jista’ jitlob li jitneħħa mir-reġistru CBAM. Il-Kummissjoni għandha, fuq tali talba, u wara li tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti, tneħħi mir-reġistru lill-operatur u tħassar l-informazzjoni dwar dak l-operatur u dwar l-installazzjoni tagħha mir-reġistru CBAM, dment li tali informazzjoni ma tkunx meħtieġa għar-rieżami tad-dikjarazzjonijiet CBAM li jkunu ġew ippreżentati. Il-Kummissjoni tista’, wara li tkun tat lill-operatur ikkonċernat il-possibbiltà li jinstema’ u wara li tkun ikkonsultat l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, anki tneħħi l-informazzjoni mir-reġistru jekk il-Kummissjoni jidhrilha li l-informazzjoni dwar dak l-operatur ma tkunx għadha preċiża. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti b’tali tneħħija mir-reġistru.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|