+Artikolu 10a Reġistrazzjoni ta’ verifikaturi akkreditati
---+Artikolu 10a 1.
---+Artikolu 10a 2.
---+Artikolu 10a 3.
---+Artikolu 10a 4.
---+Artikolu 10a 5.
---+Artikolu 10a 6.
|
Artikolu 10a Reġistrazzjoni ta’ verifikaturi akkreditati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10a 1.
|
Meta jingħata akkreditament f’konformità mal-Artikolu 18, il-verifikatur għandu jippreżenta talba għar-reġistrazzjoni fir-reġistru CBAM lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp nazzjonali ta’ akkreditament. Il-verifikatur għandu jippreżenta t-talba għar-reġistrazzjoni fi żmien xahrejn mid-data li fiha ingħata l-akkreditament, iżda mhux qabel l-1 ta’ Settembru 2026. L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra l-informazzjoni dwar il-verifikatur akkreditat fir-reġistru CBAM.
|
|
Artikolu 10a 2.
|
It-talba għar-reġistrazzjoni fir-reġistru CBAM imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem, u l-identifikazzjoni unika ta’ akkreditament tal-verifikatur;
(b)
kwalunkwe kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditament rilevanti għas-CBAM;
(c)
il-pajjiż tal-istabbiliment tal-verifikatur;
(d)
Id-data effettiva tal-akkreditament u d-data tal-iskadenza taċ-ċertifikati ta’ akkreditament rilevanti għas-CBAM;
(e)
kwalunkwe informazzjoni dwar miżuri amministrattivi imposti fuq il-verifikatur rilevanti għas-CBAM;
(f)
kopja taċ-ċertifikat ta’ akkreditament rilevanti għas-CBAM;
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi inkluża fir-reġistru CBAM fil-mument tar-reġistrazzjoni tal-verifikatur.
|
|
Artikolu 10a 3.
|
L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-verifikatur bir-reġistrazzjoni fir-reġistru CBAM. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll, permezz tar-reġistru CBAM, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra dwar ir-reġistrazzjoni.
|
|
Artikolu 10a 4.
|
Il-verifikatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 li tirriżulta wara r-reġistrazzjoni fir-reġistru CBAM. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-reġistru CBAM jiġi aġġornat skont dan.
|
|
Artikolu 10a 5.
|
Għall-fini tal-Artikolu 10(5), il-punt (b), il-verifikatur għandu juża r-reġistru CBAM biex jivverifika l-emissjonijiet integrati.
|
|
Artikolu 10a 6.
|
L-awtorità kompetenti għandha tneħħi r-reġistrazzjoni ta’ verifikatur mir-reġistru CBAM meta dak il-verifikatur ma jibqax akkreditat skont l-Artikolu 18 jew meta l-verifikatur ma jkunx ikkonforma mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra dwar it-tneħħija tar-reġistrazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tħassar l-informazzjoni dwar dak il-verifikatur akkreditat mir-reġistru CBAM dment li tali informazzjoni ma tkunx meħtieġa għar-rieżami tad-dikjarazzjonijiet CBAM li jkunu ġew ippreżentati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|