+Artikolu 14 Reġistru CBAM
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.

Artikolu 14 Reġistru CBAM

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru CBAM ta’ dikjaranti awtorizzati CBAM fil-forma ta’ bażi ta’ data elettronika standardizzata li jkun fiha d-data dwar iċ-ċertifikati CBAM ta’ dawk id-dikjaranti awtorizzati CBAM. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni fir-reġistru CBAM disponibbli awtomatikament u f’ħin reali għall-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 14 2.

Ir-reġistru tas-CBAM imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih kontijiet b’informazzjoni dwar kull dikjarant awtorizzat CBAM, b’mod partikolari:

(a) 

l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt tad-dikjarant awtorizzat CBAM;

(b) 

in-numru EORI tad-dikjarant awtorizzat CBAM;

(c) 

in-numru tal-kont tas-CBAM;

(d) 

in-numru ta’ identifikazzjoni, il-prezz tal-bejgħ, id-data tal-bejgħ, u d-data taċ-ċediment, tax-xiri mill-ġdid jew tal-kanċellazzjoni taċ-ċertifikati CBAM għal kull dikjarant awtorizzat CBAM.

Artikolu 14 3.
Ir-reġistru CBAM għandu jkun fih, fit-taqsima separata tar-reġistru, l-informazzjoni dwar l-operaturi u l-installazzjonijiet f’pajjiżi terzi rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 10(2) u l-informazzjoni dwar il-verifikaturi akkreditati rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 10a.
Artikolu 14 4.
L-informazzjoni fir-reġistru CBAM imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tkun kunfidenzjali, bl-eċċezzjoni tal-ismijiet, l-indirizzi, in-numri tar-reġistrazzjoni tal-korporazzjoni jew tal-attività, l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-operaturi, il-post tal-installazzjonijiet f’pajjiżi terzi u l-informazzjoni dwar il-verifikaturi akkreditati msemmija fl-Artikolu 10a(2). Operatur jista’ jagħżel li ma jkollux ismu, l-indirizz, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-korporazzjoni jew tal-attività, l-informazzjoni ta’ kuntatt u l-post tal-installazzjonijiet tiegħu magħmula aċċessibbli għall-pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tagħmel aċċessibbli, f’format interoperabbli, l-informazzjoni pubblika fir-reġistru CBAM.
Artikolu 14 5.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika, fuq bażi annwali, għal kull wieħed mill-oġġetti elenkati fl-Anness I, l-emissjonijiet aggregati integrati fl-oġġetti importati.
Artikolu 14 6.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar l-infrastruttura u l-proċessi u l-proċeduri speċifiċi tar-reġistru CBAM, inkluża l-analiżi tar-riskju msemmija fl-Artikolu 15, il-bażijiet tad-data elettroniċi li jkun fihom l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, il-proċeduri u l-kredenzjali tekniċi għad-delega msemmija fl-Artikolu 5(7a), id-data tal-kontijiet fir-reġistru CBAM imsemmija fl-Artikolu 16, it-trażmissjoni lir-reġistru CBAM tal-informazzjoni dwar il-bejgħ u x-xiri mill-ġdid taċ-ċertifikati CBAM imsemmija fl-Artikolu 20, l-kontroverifika tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(3) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 25a(3). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.