|
+Artikolu 17 2. |
Artikolu 17 2.Il-kriterji għall-għoti tal-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a)
l-applikant ma jkunx ġie involut fi ksur serju jew ksur ripetut tal-leġiżlazzjoni doganali, tar-regoli dwar it-tassazzjoni, tar-regoli dwar l-abbuż tas-suq jew ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament u, b’mod partikolari l-applikant ma jkollu l-ebda rekord ta’ reati serji relatati mal-attività ekonomika matul il-ħames snin ta’ qabel l-applikazzjoni;
(b)
l-applikant juri l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali tiegħu biex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament.
(c)
l-applikant ikun stabbilit fl-Istat Membru fejn l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata; u
(d)
l-applikant ikun ġie assenjat numru EORI f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|