+Artikolu 17 Awtorizzazzjoni
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.
---+Artikolu 17 7a.
---+Artikolu 17 8.
---+Artikolu 17 9.
---+Artikolu 17 10.
|
Artikolu 17 Awtorizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
Meta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tiġi ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 5, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-applikant għandha tagħti l-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM dment li jkun hemm konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha. Qabel ma tagħti l-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM, l-awtorità kompetenti tista’ tikkonsulta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jew lill-Kummissjoni permezz tar-reġistru CBAM dwar l-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2. Il-konsultazzjoni ma għandhiex taqbeż il-15-il jum kalendarju.
|
|
Artikolu 17 2.
|
Il-kriterji għall-għoti tal-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a)
l-applikant ma jkunx ġie involut fi ksur serju jew ksur ripetut tal-leġiżlazzjoni doganali, tar-regoli dwar it-tassazzjoni, tar-regoli dwar l-abbuż tas-suq jew ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament u, b’mod partikolari l-applikant ma jkollu l-ebda rekord ta’ reati serji relatati mal-attività ekonomika matul il-ħames snin ta’ qabel l-applikazzjoni;
(b)
l-applikant juri l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali tiegħu biex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament.
(c)
l-applikant ikun stabbilit fl-Istat Membru fejn l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata; u
(d)
l-applikant ikun ġie assenjat numru EORI f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
|
|
Artikolu 17 3.
|
Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma jkunux ġew issodisfati, jew meta l-applikant ikun naqas milli jipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 5(5), l-għoti tal-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM għandu jiġi rrifjutat. Tali deċiżjoni li jiġi rrifjutat l-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM għandha tagħti r-raġunijiet għar-rifjut u tinkludi informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ appell.
|
|
Artikolu 17 4.
|
Deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tagħti l-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru CBAM u għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt tad-dikjarant awtorizzat CBAM;
(b)
in-numru EORI tad-dikjarant awtorizzat CBAM;
(c)
in-numru tal-kont tas-CBAM assenjat lid-dikjarant awtorizzat CBAM f’konformità mal-Artikolu 16(1);
(d)
il-garanzija meħtieġa skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 17 5.
|
Għall-fini tal-konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tirrikjedi l-għoti ta’ garanzija jekk l-applikant ma jkunx ġie stabbilit matul is-sentejn finanzjarji ta’ qabel is-sena meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(1). L-awtorità kompetenti għandha tiffissa l-ammont ta’ tali garanzija għall-ammont, ikkalkulat bħala l-valur aggregat tal-għadd ta’ ċertifikati CBAM li d-dikjarant awtorizzat CBAM ikollu jċedi f’konformità mal-Artikolu 22 fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ oġġetti rrapportati f’konformità mal-Artikolu 5(5), il-punt (g), b’kont meħud tal-aġġustament meħtieġ biex jiġi rifless il-punt sa fejn il-kwoti tal-EU ETS jiġu allokati bla ħlas f’konformità mal-Artikolu 31. Il-garanzija mogħtija għandha tkun garanzija bankarja, pagabbli mal-ewwel talba, minn istituzzjoni finanzjarja li topera fl-Unjoni jew forma oħra ta’ garanzija li tipprovdi assigurazzjoni ekwivalenti.
|
|
Artikolu 17 6.
|
Meta l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li l-garanzija mogħtija ma tiżgurax, jew ma għadhiex suffiċjenti biex tiżgura, il-kapaċità finanzjarja u operazzjonali tad-dikjarant awtorizzat tas-CBAM sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament, din għandha tirrikjedi li d-dikjarant awtorizzat CBAM jagħżel bejn li jagħti garanzija addizzjonali jew jissostitwixxi l-garanzija inizjali b’garanzija ġdida f’konformità mal-paragrafu 5.
|
|
Artikolu 17 7.
|
L-awtorità kompetenti għandha tirrilaxxa l-garanzija immedjatament wara t-30 ta’ Settembru tat-tieni sena li fiha d-dikjarant awtorizzat CBAM ikun ċeda ċ-ċertifikati CBAM f’konformità mal-Artikolu 22.
|
|
Artikolu 17 7a.
|
B’deroga mill-Artikolu 4, meta importatur jew rappreżentant doganali indirett ikun ippreżenta applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5 sal-31 ta’ Marzu 2026, tali importatur jew rappreżentant doganali indirett jista’ proviżorjament ikompli jimporta oġġetti sakemm l-awtorità kompetenti tieħu deċiżjoni skont dan l-Artikolu. Meta l-awtorità kompetenti tirrifjuta li tagħti l-awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi, fi żmien xahar mid-data tad-deċiżjoni, l-emissjonijiet integrati fl-oġġetti importati bejn l-1 ta’ Jannar 2026 u d-data ta’ dik id-deċiżjoni, abbażi tal-informazzjoni kkomunikata f’konformità mal-Artikolu 25(3) u b’referenza għall-valuri prestabbiliti f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness IV, u abbażi ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Dawk l-emissjonijiet stabbiliti għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-penali f’konformità mal-Artikolu 26(2a).
|
|
Artikolu 17 8.
|
L-awtorità kompetenti għandha tirrevoka l-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM meta:
(a)
id-dikjarant awtorizzat CBAM jitlob revoka; jew
(b)
id-dikjarant awtorizzat CBAM ma jkunx għadu jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 jew 6 ta’ dan l-Artikolu, jew kien involut fi ksur serju jew ripetut tal-obbligu li jċedi ċ-ċertifikati CBAM skont l-Artikolu 22(1) jew tal-obbligu li jiżgura għadd suffiċjenti ta’ ċertifikati CBAM fil-kont tiegħu fir-reġistru CBAM fi tmiem kull trimestru, kif imsemmi fl-Artikolu 22(2).
Qabel ma tirrevoka l-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM, l-awtorità kompetenti għandha tagħti lid-dikjarant awtorizzat CBAM il-possibbiltà li jinstema’. L-awtorità kompetenti tista’ tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti jew lill-Kummissjoni permezz tar-reġistru CBAM dwar il-kundizzjonijiet u l-kriterji għar-revoka. Il-konsultazzjoni ma għandhiex taqbeż il-15-il jum kalendarju. Kwalunkwe deċiżjoni ta’ revoka għandu jkun fiha r-raġunijiet għad-deċiżjoni kif ukoll informazzjoni dwar id-dritt ta’ appell.
|
|
Artikolu 17 9.
|
L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra fir-reġistru CBAM l-informazzjoni dwar:
(a)
l-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni tkun ġiet irrifjutata skont il-paragrafu 3; u
(b)
il-persuni li l-istatus tagħhom ta’ dikjarant awtorizzat CBAM ikun ġie revokat skont il-paragrafu 8.
|
|
Artikolu 17 10.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-kundizzjonijiet:
(a)
għall-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, inkluż dak li wieħed ma kienx involut fi ksur serju jew fi ksur ripetut skont il-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu;
(b)
għall-applikazzjoni tal-garanzija msemmija fil-paragrafi 5, 6 u 7 ta’ dan l-Artikolu;
(c)
għall-applikazzjoni tal-kriterji ta’ ksur serju jew ripetut, kif imsemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu;
(d)
għall-konsegwenzi tar-revoka tal-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM, kif imsemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu; u
▼M1
(e)
għall-iskadenzi, għall-kamp ta’ applikazzjoni u għall-formati speċifiċi tal-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 8 ta’ dan l-Artikolu.
▼B
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|