Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jispeċifikaw aktar iż-żmien, l-amministrazzjoni, l-istruttura u l-livell tat-tariffi u aspetti oħra relatati mal-ġestjoni tal-bejgħ u tax-xiri mill-ġdid taċ-ċertifikati CBAM, kif ukoll l-organizzazzjoni u l-użu ta’ pjattaforma ċentrali komuni, filwaqt li tfittex koerenza mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2830 (
5
). L-atti delegati għandhom jiżguraw li l-organizzazzjoni u l-użu tal-pjattaforma ċentrali komuni jkunu effiċjenti f’termini ta’ kostijiet, li l-livell tat-tariffi jiġi stabbilit sabiex ikopri strettament il-kostijiet rilevanti u li jiġu evitati kostijiet amministrattivi żejda.