+Artikolu 22 Ċediment taċ-ċertifikati CBAM
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 2a.
---+Artikolu 22 3.

Artikolu 22 Ċediment taċ-ċertifikati CBAM

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1.
Sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, u għall-ewwel darba fl-2027 għas-sena 2026, id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jċedi permezz tar-reġistru CBAM għadd ta’ ċertifikati CBAM li jikkorrispondi għall-emissjonijiet integrati ddikjarati f’konformità mal-Artikolu 6(2), il-punt (c), u vverifikati f’konformità mal-Artikolu 8, għas-sena kalendarja ta’ qabel iċ-ċediment. Il-Kummissjoni għandha tneħħi ċ-ċertifikati CBAM ċeduti mir-reġistru CBAM. Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jiżgura li l-għadd rikjest ta’ ċertifikati CBAM ikun disponibbli fil-kont tiegħu fir-reġistru CBAM.
Artikolu 22 2.

Mill-2027, id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jiżgura li l-għadd ta’ ċertifikati CBAM fil-kont tiegħu fir-reġistru CBAM fi tmiem kull trimestru jikkorrispondi għal mill-inqas 50 % tal-emissjonijiet integrati fl-oġġetti kollha li jkun importa mill-bidu tas-sena kalendarja ddeterminat b’referenza għal waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-valuri prestabbiliti f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness IV mingħajr marġni kummerċjali kif imsemmi fil-punt 4.1 ta’ dak l-Anness; jew

(b) 

l-għadd ta’ ċertifikati CBAM ċeduti f’konformità mal-paragrafu 1 għas-sena kalendarja ta’ qabel is-sena taċ-ċediment, dment li d-dikjarazzjoni doganali għall-importazzjoni ta’ oġġetti tirreferi għall-istess oġġetti skont il-kodiċi NM u għall-istess pajjiżi tal-oriġini bħad-dikjarazzjoni CBAM ippreżentata fis-sena kalendarja preċedenti għas-sena kurrenti.

Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, għandu jitqies l-aġġustament għall-allokazzjoni bla ħlas imsemmi fl-Artikolu 31.

Artikolu 22 2a.
Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jikkonforma mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 2 sa tmiem it-trimestru wara dak li fih ikun inqabeż is-soll uniku bbażat fuq il-massa.
Artikolu 22 3.
Meta l-Kummissjoni ssib li l-għadd ta’ ċertifikati CBAM fil-kont ta’ dikjarant awtorizzat CBAM ma jkunx konformi mal-obbligi skont il-paragrafu 2, hija għandha tgħarraf, permezz tar-reġistru CBAM, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-dikjarant awtorizzat CBAM.

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lid-dikjarant awtorizzat CBAM bil-ħtieġa li jiżgura għadd suffiċjenti ta’ ċertifikati CBAM fil-kont tiegħu fi żmien xahar minn tali notifika.

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra n-notifika lid-dikjarant awtorizzat CBAM u r-risposta mingħandu, fir-reġistru CBAM.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.