|
+Artikolu 22 2. |
Artikolu 22 2.Mill-2027, id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jiżgura li l-għadd ta’ ċertifikati CBAM fil-kont tiegħu fir-reġistru CBAM fi tmiem kull trimestru jikkorrispondi għal mill-inqas 50 % tal-emissjonijiet integrati fl-oġġetti kollha li jkun importa mill-bidu tas-sena kalendarja ddeterminat b’referenza għal waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
il-valuri prestabbiliti f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness IV mingħajr marġni kummerċjali kif imsemmi fil-punt 4.1 ta’ dak l-Anness; jew
(b)
l-għadd ta’ ċertifikati CBAM ċeduti f’konformità mal-paragrafu 1 għas-sena kalendarja ta’ qabel is-sena taċ-ċediment, dment li d-dikjarazzjoni doganali għall-importazzjoni ta’ oġġetti tirreferi għall-istess oġġetti skont il-kodiċi NM u għall-istess pajjiżi tal-oriġini bħad-dikjarazzjoni CBAM ippreżentata fis-sena kalendarja preċedenti għas-sena kurrenti. Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, għandu jitqies l-aġġustament għall-allokazzjoni bla ħlas imsemmi fl-Artikolu 31. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|