+Artikolu 27 Ċirkomvenzjoni
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
---+Artikolu 27 6.
|
Artikolu 27 Ċirkomvenzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu, fuq il-bażi ta’ data rilevanti u oġġettiva, biex tindirizza prattiki ta’ ċirkomvenzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 27 2.
|
Il-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni għandhom ikunu definiti bħala bidla fix-xejra tal-kummerċ fl-oġġetti importati, li tirriżulta minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr li jiġu evitati, b’mod sħiħ jew parzjalment, kwalunkwe waħda mill-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Tali prattika, proċess jew ħidma jistgħu jikkonsistu minn, iżda mhumiex limitati għal:
(a)
modifika żgħira tal-oġġetti kkonċernati biex dawk l-oġġetti jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM li mhumiex elenkati fl-Anness I, ħlief meta l-modifika tbiddel il-karatteristiċi essenzjali tagħhom;
▼M1
(b)
il-qsim artifiċjali tal-importazzjonijiet, inkluż permezz ta’ arranġamenti mhux ġenwini, biex jiġi evitat li jinqabeż is-soll uniku bbażat fuq il-massa.
▼B
|
|
Artikolu 27 3.
|
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament is-sitwazzjoni fil-livell tal-Unjoni, bil-ħsieb li tidentifika prattiki ta’ ċirkomvenzjoni, inkluż permezz ta’ sorveljanza tas-suq jew abbażi ta’ kwalunkwe sors rilevanti ta’ informazzjoni, bħall-komunikazzjonijiet u r-rapportar mingħand l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
|
|
Artikolu 27 4.
|
Stat Membru jew kwalunkwe parti li tkun ġiet affettwata jew li tibbenefika minn kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2 tista’ tinnotifika lill-Kummissjoni jekk tkun qiegħda tħabbat wiċċha ma’ prattiki ta’ ċirkomvenzjoni. Il-partijiet interessati ħlief għall-partijiet affettwati jew li bbenefikaw direttament, bħal organizzazzjonijiet ambjentali u organizzazzjonijiet mhux governattivi, li jsibu evidenza konkreta prattiki ta’ ċirkomvenzjoni, jistgħu wkoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 27 5.
|
In-notifika msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiddikjara r-raġunijiet li tkun ibbażata fuqhom u għandha tinkludi data u statistika rilevanti biex issostni d-dikjarazzjoni ta’ ċirkomvenzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni dwar dikjarazzjoni ta’ ċirkonvenzjoni jew meta tkun ġiet innotifikata minn Stat Membru, jew minn parti affettwata, parti li bbenefikat jew parti interessata oħra, dment li n-notifika tkun tissodisfa r-rekwiżiti msemmija f’dan il-paragrafu, jew meta l-Kummissjoni stess tiddetermina li tali investigazzjoni tkun meħtieġa. Fit-twettiq tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tiġi assistita mill-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-investigazzjoni fi żmien disa’ xhur mid-data tan-notifika. Meta tinbeda investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kollha.
|
|
Artikolu 27 6.
|
Meta l-Kummissjoni, waqt li tqis id-data, ir-rapporti u l-istatistika rilevanti, inklużi dawk ipprovduti mill-awtoritajiet doganali, ikollha biżżejjed raġunijiet biex temmen li ċ-ċirkustanzi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, ikunu qed iseħħu fi Stat Membru wieħed jew aktar skont xejra stabbilita, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 biex temenda l-lista tal-oġġetti fl-Anness I billi żżid il-prodotti ftit modifikati rilevanti msemmijin fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, għall-finijiet ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|