|
+Artikolu 27 2. |
Artikolu 27 2.Il-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni għandhom ikunu definiti bħala bidla fix-xejra tal-kummerċ fl-oġġetti importati, li tirriżulta minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr li jiġu evitati, b’mod sħiħ jew parzjalment, kwalunkwe waħda mill-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Tali prattika, proċess jew ħidma jistgħu jikkonsistu minn, iżda mhumiex limitati għal:
(a)
modifika żgħira tal-oġġetti kkonċernati biex dawk l-oġġetti jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM li mhumiex elenkati fl-Anness I, ħlief meta l-modifika tbiddel il-karatteristiċi essenzjali tagħhom;
(b)
il-qsim artifiċjali tal-importazzjonijiet, inkluż permezz ta’ arranġamenti mhux ġenwini, biex jiġi evitat li jinqabeż is-soll uniku bbażat fuq il-massa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|