|
+Artikolu 30 2. |
Artikolu 30 2.Qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 32, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport tal-konformità għandu jinkludi valutazzjoni:
(a)
tal-possibbiltà li l-kamp ta’ applikazzjoni jiġi estiż:
(i)
għall-emissjonijiet indiretti integrati fl-oġġetti elenkati fl-Anness II;
(ii)
għall-emissjonijiet integrati fit-trasport tal-oġġetti elenkati fl-Anness I u fis-servizzi tat-trasport;
(iii)
għall-oġġetti f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għajr dawk elenkati fl-Anness I, u speċifikament sustanzi kimiċi u polimeri organiċi;
(iv)
għall-materjali ta’ input (prekursuri) l-oħra għall-oġġetti elenkati fl-Anness I;
(b)
tal-kriterji li għandhom jintużaw biex jiġu identifikati l-oġġetti li għandhom jiġu inklużi fil-lista fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament abbażi tas-setturi f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju identifikati skont l-Artikolu 10b tad-Direttiva 2003/87/KE; dik il-valutazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn kalendarju li jintemm fl-2030 għall-inklużjoni gradwali tal-oġġetti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies b’mod partikolari l-livell ta’ riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju rispettiva tagħhom;
(c)
tar-rekwiżiti tekniċi għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati għal oġġetti oħrajn li għandhom jiġu inklużi fil-lista fl-Anness I;
(d)
tal-progress li jkun sar fid-diskussjonijiet internazzjonali rigward l-azzjoni dwar il-klima;
(e)
tas-sistema ta’ governanza, inklużi l-ispejjeż amministrattivi;
(f)
tal-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq l-oġġetti elenkati fl-Anness I importati minn pajjiżi li qed jiżviluppaw b’interess speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs) kif identifikati min-Nazzjonijiet Uniti u fuq l-effetti tal-assistenza teknika mogħtija;
(g)
tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-emissjonijiet indiretti skont l-Artikolu 7(7) u l-punt 4.3 tal-Anness IV. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|