+Artikolu 30 Rieżami u rapportar mill-Kummissjoni
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.
---+Artikolu 30 7.
---+Artikolu 30 8.
|
Artikolu 30 Rieżami u rapportar mill-Kummissjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, għandha tiġbor l-informazzjoni meħtieġa bil-ħsieb li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif indikat fi u skont il-paragrafu 2, il-punt (a), u ta’ metodi li qed jiżviluppaw ta’ kalkolu tal-emissjonijiet integrati fuq il-bażi ta’ metodi tal-impronta ambjentali.
|
|
Artikolu 30 2.
|
Qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 32, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport tal-konformità għandu jinkludi valutazzjoni:
(a)
tal-possibbiltà li l-kamp ta’ applikazzjoni jiġi estiż:
(i)
għall-emissjonijiet indiretti integrati fl-oġġetti elenkati fl-Anness II;
(ii)
għall-emissjonijiet integrati fit-trasport tal-oġġetti elenkati fl-Anness I u fis-servizzi tat-trasport;
(iii)
għall-oġġetti f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għajr dawk elenkati fl-Anness I, u speċifikament sustanzi kimiċi u polimeri organiċi;
(iv)
għall-materjali ta’ input (prekursuri) l-oħra għall-oġġetti elenkati fl-Anness I;
(b)
tal-kriterji li għandhom jintużaw biex jiġu identifikati l-oġġetti li għandhom jiġu inklużi fil-lista fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament abbażi tas-setturi f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju identifikati skont l-Artikolu 10b tad-Direttiva 2003/87/KE; dik il-valutazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn kalendarju li jintemm fl-2030 għall-inklużjoni gradwali tal-oġġetti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies b’mod partikolari l-livell ta’ riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju rispettiva tagħhom;
(c)
tar-rekwiżiti tekniċi għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati għal oġġetti oħrajn li għandhom jiġu inklużi fil-lista fl-Anness I;
(d)
tal-progress li jkun sar fid-diskussjonijiet internazzjonali rigward l-azzjoni dwar il-klima;
(e)
tas-sistema ta’ governanza, inklużi l-ispejjeż amministrattivi;
(f)
tal-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq l-oġġetti elenkati fl-Anness I importati minn pajjiżi li qed jiżviluppaw b’interess speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs) kif identifikati min-Nazzjonijiet Uniti u fuq l-effetti tal-assistenza teknika mogħtija;
(g)
tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-emissjonijiet indiretti skont l-Artikolu 7(7) u l-punt 4.3 tal-Anness IV.
|
|
Artikolu 30 3.
|
Mill-inqas sena qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jidentifika l-oġġetti aktar ‘l isfel fil-katina tal-valur tal-oġġetti elenkati fl-Anness I li huwa jirrakkomanda li jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, fil-mument opportun, metodoloġija li għandha tkun ibbażata fuq ir-rilevanza f’termini ta’ emissjonijiet akkumulati ta’ gassijiet serra u r-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.
|
|
Artikolu 30 4.
|
Ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom, fejn ikun xieraq, ikunu akkumpanjati minn proposta leġiżlattiva sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, inkluża valutazzjoni tal-impatt dettaljata, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa f’dawk ir-rapporti.
|
|
Artikolu 30 5.
|
Kull sentejn mill-aħħar tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, bħala parti mir-rapport annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effettività tas-CBAM fl-indirizzar tar-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-oġġetti mmanifatturati fl-Unjoni għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi li ma japplikawx l-EU ETS jew mekkaniżmu simili tal-ipprezzar tal-karbonju. Ir-rapport għandu b’mod partikolari jivvaluta l-iżvilupp tal-esportazzjonijiet tal-Unjoni fis-setturi tas-CBAM u l-iżviluppi fir-rigward tal-flussi kummerċjali u l-emissjonijiet integrati ta’ dawk l-oġġetti fis-suq globali. Jekk ir-rapport jikkonkludi li hemm riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju ta’ oġġetti mmanifatturati fl-Unjoni għall-esportazzjoni lejn tali pajjiżi terzi li ma japplikawx l-EU ETS jew mekkaniżmu simili tal-ipprezzar tal-karbonju, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tindirizza dak ir-riskju b’mod li jkun konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u li jqis id-dekarbonizzazzjoni tal-installazzjonijiet fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 30 6.
|
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-funzjonament tas-CBAM bil-ħsieb li tevalwa l-impatti u l-aġġustamenti possibbli fl-applikazzjoni tiegħu. Qabel l-1 ta’ Jannar 2028, kif ukoll kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-funzjonament tas-CBAM. Ir-rapport għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:
(a)
valutazzjoni tal-impatt tas-CBAM fuq:
(i)
ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, inkluż fir-rigward tal-esportazzjonijiet;
(iii)
is-suq intern, u l-impatt ekonomiku u territorjali fl-Unjoni kollha;
(iv)
l-inflazzjoni u l-prezzijiet tal-prodotti bażiċi;
(v)
l-effett fuq l-industriji li jużaw oġġetti elenkati fl-Anness I;
(vi)
il-kummerċ internazzjonali, inkluża r-riorganizzazzjoni tar-riżorsi; u
(vii)
il-pajjiżi l-anqas żviluppati;
(b)
valutazzjoni:
▼M1
(i)
tas-sistema ta’ governanza, inkluża valutazzjoni tal-implimentazzjoni u tal-amministrazzjoni tal-garanziji u tal-awtorizzazzjoni tad-dikjaranti CBAM mill-Istati Membri;
▼B
(ii)
tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(iii)
tal-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni;
(iv)
tal-applikazzjoni tal-penali fl-Istati Membri;
▼M1
(v)
tal-applikazzjoni tas-soll uniku bbażat fuq il-massa, inkluża l-possibbiltà li dak is-soll jogħla u li jiġi introdott soll supplimentari bbażat fuq il-kunsinna;
▼B
(c)
ir-riżultati tal-investigazzjonijiet u l-penali imposti;
(d)
l-informazzjoni aggregata dwar l-intensità tal-emissjonijiet għal kull pajjiż tal-oriġini għall-oġġetti differenti elenkati fl-Anness I.
|
|
Artikolu 30 7.
|
Meta jkun seħħ avveniment imprevedibbli, eċċezzjonali u mhux provokat barra mill-kontroll ta’ pajjiż terz wieħed jew aktar soġġetti għas-CBAM, u dak l-avveniment ikollu konsegwenzi distruttivi fuq l-infrastruttura ekonomika u industrijali ta’ tali pajjiż ikkonċernat jew pajjiżi kkonċernati, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jkun akkumpanjat, fejn ikun il-każ, minn proposta leġiżlattiva, biex temenda dan ir-Regolament, billi tistabbilixxi l-miżuri proviżorji meħtieġa biex jiġu indirizzati dawk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali.
|
|
Artikolu 30 8.
|
Minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament, bħala parti mir-rapportar annwali skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
6
), il-Kummissjoni għandha tevalwa u tirrapporta dwar il-mod kif il-finanzjament skont dak ir-Regolament ikun ikkontribwixxa għad-dekarbonizzazzjoni tal-industrija tal-manifattura fil-pajjiżi l-anqas żviluppati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|