+Artikolu 35 Obbligu ta’ rapportar
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
---+Artikolu 35 6.
---+Artikolu 35 7.
|
Artikolu 35 Obbligu ta’ rapportar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
Sa mhux aktar tard minn xahar wara t-tmiem ta’ dak it-trimestru, kull importatur jew, fis-sitwazzjonijiet koperti mill-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett, li jkun importa oġġetti matul trimestru partikolari ta’ sena kalendarja għandu, għal dak it-trimestru, jippreżenta rapport (“rapport CBAM”) lill-Kummissjoni li jkun jinkludi informazzjoni dwar l-oġġetti importati matul dak it-trimestru.
|
|
Artikolu 35 2.
|
Ir-rapport CBAM għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
il-kwantità totali ta’ kull tip ta’ oġġetti, espressa f’megawatt sigħat għall-elettriku u f’tunnellati għal oġġetti oħra, speċifikata għal kull installazzjoni li tipproduċi l-oġġetti fil-pajjiż tal-oriġini;
(b)
l-emissjonijiet integrati totali reali, espressi f’tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ CO2e għal kull megawatt siegħa ta’ elettriku jew għal oġġetti oħrajn f’tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ kull tip ta’ oġġetti, ikkalkulati f’konformità mal-metodu stabbilit fl-Anness IV;
(c)
l-emissjonijiet indiretti totali kkalkulati f’konformità mal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 7;
(d)
il-prezz tal-karbonju dovut f’pajjiż tal-oriġini għall-emissjonijiet integrati fl-oġġetti importati, b’kont meħud ta’ kwalunkwe ribass jew forma oħra ta’ kumpens disponibbli.
|
|
Artikolu 35 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika perjodikament lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti lista ta’ dawk l-importaturi jew rappreżentanti doganali indirett stabbiliti fl-Istat Membru, inklużi l-ġustifikazzjonijiet korrispondenti, li fir-rigward tagħhom ikollha raġunijiet biex temmen li jkunu naqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jippreżentaw rapport CBAM f’konformità mal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 35 4.
|
Meta l-Kummissjoni tqis li rapport CBAM ma jkunx komplut jew korrett, hija għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-importatur huwa stabbilit jew, fis-sitwazzjonijiet koperti mill-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett huwa stabbilit, l-informazzjoni addizzjonali li tqis meħtieġa biex tikkompleta jew tikkoreġi dak ir-rapport. Tali informazzjoni għandha tingħata għal skopijiet indikattivi u mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni definittiva minn dik l-awtorità kompetenti. Dik l-awtorità kompetenti għandha tibda l-proċedura ta’ korrezzjoni u tinnotifika lill-importatur, jew, fis-sitwazzjonijiet koperti mill-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett bl-informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex jikkoreġi dak ir-rapport. Fejn xieraq, l-importatur jew dak ir-rappreżentant doganali indirett għandu jippreżenta rapport ikkoreġut lill-awtorità kompetenti kkonċernata u lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 35 5.
|
Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu tibda proċedura ta’ korrezzjoni, inkluż b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni riċevuta f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, u tiddetermina li l-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett ma jkunx ħa l-passi meħtieġa biex jikkoreġi r-rapport CBAM, jew meta l-awtorità kompetenti kkonċernata tiddetermina, inkluż b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni riċevuta f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, li l-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jippreżenta rapport CBAM f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dik l-awtorità kompetenti għandha timponi penali effettiva, proporzjonata u dissważiva fuq l-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, fuq ir-rappreżentant doganali indirett. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artiklu 32, lir-rappreżentant doganali indirett u tinforma lill-Kummissjoni, dwar li ġej:
(a)
il-konklużjoni, u r-raġunijiet għal dik il-konklużjoni, li l-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jippreżenta rapport għal trimestru partikolari jew li jieħu l-passi meħtieġa biex jikkoreġi r-rapport;
(b)
l-ammont tal-penali imposta fuq l-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett;
(c)
id-data minn meta l-penali hija dovuta;
(d)
l-azzjoni li l-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett għandu jieħu biex iħallas il-penali; u
(e)
id-dritt tal-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett li jappella.
|
|
Artikolu 35 6.
|
Meta l-awtorità kompetenti, wara li tirċievi l-informazzjoni mill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu, tiddeċiedi li ma tieħu l-ebda azzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dan.
|
|
Artikolu 35 7.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar:
(a)
l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata, il-mezzi u l-format għal dak ir-rapportar, inkluża informazzjoni dettaljata għal kull pajjiż ta’ oriġini u tip ta’ oġġetti bħala appoġġ għat-totali msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c), u eżempji ta’ kwalunkwe ribass rilevanti jew forma oħra ta’ kumpens disponibbli kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (d);
(b)
il-firxa indikattiva ta’ penali li għandhom jiġu imposti skont il-paragrafu 5 u l-kriterji li għandhom jitqiesu għad-determinazzjoni tal-ammont reali, inklużi l-gravità u t-tul ta’ żmien tan-nuqqas ta’ rapportar;
(c)
regoli dettaljati dwar il-konverżjoni f’euro tal-prezz medju annwali tal-karbonju dovut imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (d), espress f’munita barranija bir-rata tal-kambju medja annwali;
(d)
regoli dettaljati rigward l-elementi tal-metodi ta’ kalkolu stabbiliti fl-Anness IV, inkluża d-determinazzjoni tal-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni, il-fatturi tal-emissjoni, il-valuri speċifiċi għall-installazzjoni tal-emissjonijiet reali u l-applikazzjoni rispettiva tagħhom għall-oġġetti individwali kif ukoll l-istipular ta’ metodi biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-data, inkluż il-livell ta’ dettall; u
(e)
il-mezzi u l-format għar-rekwiżiti ta’ rapportar għall-emissjonijiet indiretti fl-oġġetti importati; dak il-format għandu jinkludi l-kwantità ta’ elettriku użat għall-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness I, kif ukoll il-pajjiż tal-oriġini, is-sors tal-ġenerazzjoni u l-fatturi ta’ emissjoni relatati ma’ dak l-elettriku.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2) ta’ dan ir-Regolament. Huma għandhom japplikaw għall-oġġetti importati matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament u għandhom jibnu fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti għall-installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|