+Artikolu 35 7.

Artikolu 35 7.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar:

(a) 

l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata, il-mezzi u l-format għal dak ir-rapportar, inkluża informazzjoni dettaljata għal kull pajjiż ta’ oriġini u tip ta’ oġġetti bħala appoġġ għat-totali msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c), u eżempji ta’ kwalunkwe ribass rilevanti jew forma oħra ta’ kumpens disponibbli kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (d);

(b) 

il-firxa indikattiva ta’ penali li għandhom jiġu imposti skont il-paragrafu 5 u l-kriterji li għandhom jitqiesu għad-determinazzjoni tal-ammont reali, inklużi l-gravità u t-tul ta’ żmien tan-nuqqas ta’ rapportar;

(c) 

regoli dettaljati dwar il-konverżjoni f’euro tal-prezz medju annwali tal-karbonju dovut imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (d), espress f’munita barranija bir-rata tal-kambju medja annwali;

(d) 

regoli dettaljati rigward l-elementi tal-metodi ta’ kalkolu stabbiliti fl-Anness IV, inkluża d-determinazzjoni tal-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni, il-fatturi tal-emissjoni, il-valuri speċifiċi għall-installazzjoni tal-emissjonijiet reali u l-applikazzjoni rispettiva tagħhom għall-oġġetti individwali kif ukoll l-istipular ta’ metodi biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-data, inkluż il-livell ta’ dettall; u

(e) 

il-mezzi u l-format għar-rekwiżiti ta’ rapportar għall-emissjonijiet indiretti fl-oġġetti importati; dak il-format għandu jinkludi l-kwantità ta’ elettriku użat għall-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness I, kif ukoll il-pajjiż tal-oriġini, is-sors tal-ġenerazzjoni u l-fatturi ta’ emissjoni relatati ma’ dak l-elettriku.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2) ta’ dan ir-Regolament. Huma għandhom japplikaw għall-oġġetti importati matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament u għandhom jibnu fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti għall-installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.