+Artikolu 35 5.

Artikolu 35 5.

Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu tibda proċedura ta’ korrezzjoni, inkluż b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni riċevuta f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, u tiddetermina li l-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett ma jkunx ħa l-passi meħtieġa biex jikkoreġi r-rapport CBAM, jew meta l-awtorità kompetenti kkonċernata tiddetermina, inkluż b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni riċevuta f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, li l-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jippreżenta rapport CBAM f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dik l-awtorità kompetenti għandha timponi penali effettiva, proporzjonata u dissważiva fuq l-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, fuq ir-rappreżentant doganali indirett. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artiklu 32, lir-rappreżentant doganali indirett u tinforma lill-Kummissjoni, dwar li ġej:

(a) 

il-konklużjoni, u r-raġunijiet għal dik il-konklużjoni, li l-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jippreżenta rapport għal trimestru partikolari jew li jieħu l-passi meħtieġa biex jikkoreġi r-rapport;

(b) 

l-ammont tal-penali imposta fuq l-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett;

(c) 

id-data minn meta l-penali hija dovuta;

(d) 

l-azzjoni li l-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett għandu jieħu biex iħallas il-penali; u

(e) 

id-dritt tal-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett li jappella.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.