+Artikolu 7 3.

Artikolu 7 3.

Għal batteriji ta’ vetturi elettriċi, batteriji industrijali rikarikabbli b’kapaċità akbar minn 2 kWh u batteriji LMT, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VIII għandha turi li l-valur iddikjarat tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja għall-mudell ta’ batterija rilevanti għal kull impjant ta’ manifattura, ikun inqas mil-limitu massimu stabbilit fl-att delegat adottat skont it-tielet subparagrafu.

Ir-rekwiżit għal limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu japplika minn:

(a) 

It-18 ta’ Frar 2028 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tielet subparagrafu, skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji ta’ vetturi elettriċi;

(b) 

It-18 ta’ Frar 2029 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tielet subparagrafu, skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali rikarikabbli ħlief dawk bi ħżin esklużivament estern;

(c) 

It-18 ta’ Awwissu 2031 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tielet subparagrafu, skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji LMT;

(d) 

It-18 ta’ Awwissu 2033 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tielet subparagrafu, skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali rikarikabbli bi ħżin estern.

Il-Kummissjoni għandha, sat-18 ta’ Awwissu 2026 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, it-18 ta’ Frar 2028 għall-batteriji industrijali rikarikabbli, ħlief dawk b’memorja esterna, it-18 ta’ Frar 2030 għall-batteriji LMT u t-18 ta’ Frar 2032 għall-batteriji industrijali b’memorja esterna, tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-ewwel subparagrafu. Fit-tħejjija ta’ dak l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tqis il-kondizzjonijiet rilevanti stipulati fil-punt 9 tal-Anness II.

L-introduzzjoni ta’ limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja għandha tiskatta, jekk tkun meħtieġa, klassifikazzjoni mill-ġdid tal-klassijiet ta’ prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija fil-paragrafu 2.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.