|
+Artikolu 9 2. |
Artikolu 9 2.Mit-18 ta’ Awwissu 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi valuri minimi mandatorji għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fl-Anness III għal batteriji portabbli ta’ użu ġenerali, eskluż iċ-ċelluli buttuna. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda l-valuri minimi msemmija fl-ewwel subparagrafu jew iżżid aktar parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà għal dawk stipulati fl-Anness III fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Meta tiġi biex tħejji l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtieġa li jitnaqqas l-impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-batteriji portabbli ta’ użu ġenerali, inkluż billi tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi tal-batteriji portabbli, u għandha tqis l-istandards internazzjonali u l-iskemi ta’ tikkettar rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li d-dispożizzjonijiet stipulati bl-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jkollhomx impatt negattiv sinifikanti fuq is-sikurezza u l-funzjonalità ta’ dawk il-batteriji jew l-apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra li fihom jiġu inkorporati dawk il-batteriji, l-affordabbiltà u l-kost għall-utenti finali u l-kompetittività tal-industrija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|