+Artikolu 9 Ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni u durabbiltà għall-batteriji portabbli ta’ użu ġenerali
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
|
Artikolu 9 Ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni u durabbiltà għall-batteriji portabbli ta’ użu ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Mit-18 ta’ Awwissu 2028 jew 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2, skont liema jiġi l-aħħar, il-batteriji portabbli ta’ użu ġenerali, eskluż iċ-ċelluli buttuna għandhom jissodisfaw il-valuri minimi għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà mogħtija fl-Anness III kif stipulat fl-att delegat adottat skont il-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Mit-18 ta’ Awwissu 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi valuri minimi mandatorji għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stipulati fl-Anness III għal batteriji portabbli ta’ użu ġenerali, eskluż iċ-ċelluli buttuna. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda l-valuri minimi msemmija fl-ewwel subparagrafu jew iżżid aktar parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà għal dawk stipulati fl-Anness III fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Meta tiġi biex tħejji l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtieġa li jitnaqqas l-impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-batteriji portabbli ta’ użu ġenerali, inkluż billi tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi tal-batteriji portabbli, u għandha tqis l-istandards internazzjonali u l-iskemi ta’ tikkettar rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li d-dispożizzjonijiet stipulati bl-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jkollhomx impatt negattiv sinifikanti fuq is-sikurezza u l-funzjonalità ta’ dawk il-batteriji jew l-apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra li fihom jiġu inkorporati dawk il-batteriji, l-affordabbiltà u l-kost għall-utenti finali u l-kompetittività tal-industrija.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2030, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà tal-miżuri għall-eliminazzjoni gradwali ta’ batteriji portabbli mhux rikarikabbli ta’ użu ġenerali bil-ħsieb li jitnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt ambjentali tagħhom abbażi tal-metodoloġija ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja u l-alternattivi vijabbli għall-utenti finali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tikkunsidra li tieħu l-miżuri xierqa, inkluż l-adozzjoni ta’ proposti leġiżlattivi jew għat-tneħħija gradwali jew għall-istabbiliment tar-rekwiżiti tal-ekodisinn.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|