+Artikolu 13 Tikkettar u mmarkar tal-batteriji
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
---+Artikolu 13 7.
---+Artikolu 13 8.
---+Artikolu 13 9.
---+Artikolu 13 10.

Artikolu 13 Tikkettar u mmarkar tal-batteriji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
Mit-18 ta’ Awwissu 2026 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 10, skont liema jiġi l-aħħar, il-batteriji għandu jkollhom tikketta li jkun fiha l-informazzjoni ġenerali dwar il-batteriji stabbilita fil-Parti A tal-Anness VI.
Artikolu 13 2.
Mit-18 ta’ Awwissu 2026 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 10, skont liema jiġi l-aħħar, il-batteriji portabbli rikarikabbli, il-batteriji LMT u l-batteriji SLI għandu jkollhom tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar il-kapaċità tagħhom.
Artikolu 13 3.
Mit-18 ta’ Awwissu 2026 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 10, skont liema jiġi l-aħħar, il-batteriji portabbli mhux rikarikabbli għandu jkollhom tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar id-durata medja minima tagħhom meta jintużaw f’applikazzjonijiet speċifiċi u tikketta li tindika “mhux rikarikabbli”.
Artikolu 13 4.
Mit-18 ta’ Awwissu 2025, il-batteriji kollha għandhom ikunu mmarkati bis-simbolu tal-ġbir separat tal-batteriji (“simbolu tal-ġbir separat”) kif muri fil-Parti B tal-Anness VI.

Is-simbolu tal-ġbir separat għandu jgħatti mill-inqas 3 % tal-ispazju tal-akbar naħa tal-batterija sa daqs massimu ta’ 5 × 5 cm.

Fil-każ ta’ ċelluli tal-batteriji ċilindriċi, is-simbolu tal-ġbir separat għandu jgħatti mill-inqas 1,5 % tal-ispazju tal-wiċċ tal-batterija u għandu jkollu daqs massimu ta’ 5 × 5 cm.

Meta d-daqs tal-batterija jkun tali li s-simbolu tal-ġbir separat ikun iżgħar minn 0,47 × 0,47 cm, il-batterija ma għandhiex għalfejn tiġi mmarkata b’dak is-simbolu. Minflok, fuq l-imballaġġ għandu jiġi stampat simbolu tal-ġbir separat ta’ mill-inqas 1 × 1 cm.

Artikolu 13 5.
Il-batteriji kollha li jkun fihom aktar minn 0,002 % kadmju jew aktar minn 0,004 % ċomb, għandhom ikunu mmarkati bis-simbolu kimiku għall-metall ikkonċernat: Cd jew Pb.

Is-simbolu kimiku rilevanti li jindika l-kontenut ta’ metalli tqal għandu jkun stampat taħt is-simbolu tal-ġbir separat u għandu jgħatti spazju ta’ mill-anqas kwart tad-daqs ta’ dak is-simbolu.

Artikolu 13 6.

Mit-18 ta’ Frar 2027, il-batteriji kollha għandhom ikunu mmarkati b’kodiċi QR kif deskritt fil-Parti C tal-Anness VI. Il-kodiċi QR għandu jipprovdi aċċess għal dan li ġej:

(a) 

għall-batteriji LMT, il-batteriji industrijali b’kapaċità ta’ aktar minn 2 kWh u l-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-passaport tal-batterija f’konformità mal-Artikolu 77;

(b) 

għal batteriji oħra, l-informazzjoni applikabbli msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, id-dikjarazzjoni ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 18, ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 52(3) u l-informazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart ta’ batteriji stipulata fl-Artikolu 74(1), il-punti (a) sa (f);

(c) 

għall-batteriji SLI, l-ammont ta’ kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat mill-iskart u preżenti f’materjali attivi fil-batterija, ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 8.

Din l-informazzjoni għandha tkun kompluta, aġġornata u preċiża.

Artikolu 13 7.
It-tikketti u l-kodiċi QR imsemmija fil-paragrafi minn 1 sa 6 għandhom jiġu stampati jew imnaqqxin b’mod viżibbli, b’mod li jkunu jistgħu jinqraw u ma jitħassrux fuq il-batterija. Fejn dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx ġustifikat minħabba n-natura u d-daqs tal-batterija, it-tikketti u l-kodiċi QR għandhom jitwaħħlu mal-imballaġġ u mad-dokumenti li jakkumpanjaw il-batterija.
Artikolu 13 8.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda dan ir-Regolament biex tipprevedi tipi alternattivi ta’ kodiċi QR, għall-użu minflok jew flimkien mal-kodiċi QR, fid-dawl tal-progress teknoloġiku u xjentifiku f’dan il-qasam.
Artikolu 13 9.
Il-batteriji li jkunu ġew soġġetti għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew l-adattament għal skop differenti jew għall-manifattura mill-ġdid għandu jkollhom tikketti jew għandhom jiġu mmarkati b’marki ġodda f’konformità ma’ dan l-Artikolu, u jkun fihom informazzjoni dwar il-bidla fl-istatus tagħhom f’konformità mal-punt 4 tal-Anness XIII, li għandha tkun aċċessibbli permezz tal-kodiċi QR.
Artikolu 13 10.
Il-Kummissjoni għandha, sat-18 ta’ Awwissu 2025, tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi speċifikazzjonijiet armonizzati għar-rekwiżiti tat-tikkettar imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.