|
+Artikolu 13 6. |
Artikolu 13 6.Mit-18 ta’ Frar 2027, il-batteriji kollha għandhom ikunu mmarkati b’kodiċi QR kif deskritt fil-Parti C tal-Anness VI. Il-kodiċi QR għandu jipprovdi aċċess għal dan li ġej:
(a)
għall-batteriji LMT, il-batteriji industrijali b’kapaċità ta’ aktar minn 2 kWh u l-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-passaport tal-batterija f’konformità mal-Artikolu 77;
(b)
għal batteriji oħra, l-informazzjoni applikabbli msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, id-dikjarazzjoni ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 18, ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 52(3) u l-informazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart ta’ batteriji stipulata fl-Artikolu 74(1), il-punti (a) sa (f);
(c)
għall-batteriji SLI, l-ammont ta’ kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat mill-iskart u preżenti f’materjali attivi fil-batterija, ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 8. Din l-informazzjoni għandha tkun kompluta, aġġornata u preċiża. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|