+Artikolu 16 Speċifikazzjonijiet komuni
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
|
Artikolu 16 Speċifikazzjonijiet komuni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
F’każijiet eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 9, 10, 12, 13, 14 u 78 jew it-testijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1), fejn:
(a)
dawk ir-rekwiżiti jew it-testijiet ma jkunux koperti minn standards armonizzati, jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
(b)
il-Kummissjoni tkun talbet organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standard armonizzat għal dawk ir-rekwiżiti jew it-testijiet; u
(c)
mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tkun ġiet issodisfata:
(i)
it-talba tal-Kummissjoni ma tkun ġiet aċċettata minn ebda waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni,
(ii)
il-Kummissjoni tosserva dewmien żejjed fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati mitluba, jew
(iii)
organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni pproduċiet standard li ma jikkorrispondix għalkollox għat-talba tal-Kummissjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3). Meta tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet komuni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-korpi rilevanti jew tal-grupp ta’ esperti u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
|
|
Artikolu 16 2.
|
Il-batteriji li jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 9, 10, 12, 13, 14 u 78 sakemm dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali speċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom u, jekk applikabbli, sakemm jintlaħqu l-valuri minimi stipulati għal dawk ir-rekwiżiti skont l-Artikoli 9 u 10.
|
|
Artikolu 16 3.
|
Meta jiġi adottat standard armonizzat minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni u jiġi propost lill-Kummissjoni għall-fini tal-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istandard armonizzat f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Meta r-referenza ta’ standard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tħassar l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew partijiet minnhom li jkopru l-istess rekwiżiti jew testijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|