|
+Artikolu 16 1. |
Artikolu 16 1.F’każijiet eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 9, 10, 12, 13, 14 u 78 jew it-testijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1), fejn:
(a)
dawk ir-rekwiżiti jew it-testijiet ma jkunux koperti minn standards armonizzati, jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
(b)
il-Kummissjoni tkun talbet organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standard armonizzat għal dawk ir-rekwiżiti jew it-testijiet; u
(c)
mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tkun ġiet issodisfata:
(i)
it-talba tal-Kummissjoni ma tkun ġiet aċċettata minn ebda waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni,
(ii)
il-Kummissjoni tosserva dewmien żejjed fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati mitluba, jew
(iii)
organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni pproduċiet standard li ma jikkorrispondix għalkollox għat-talba tal-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3). Meta tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet komuni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-korpi rilevanti jew tal-grupp ta’ esperti u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|