+Artikolu 25 Rekwiżiti marbuta mal-korpi nnotifikati
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
---+Artikolu 25 6.
---+Artikolu 25 7.
---+Artikolu 25 8.
---+Artikolu 25 9.
---+Artikolu 25 10.
---+Artikolu 25 11.

Artikolu 25 Rekwiżiti marbuta mal-korpi nnotifikati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.
Għall-finijiet ta’ notifika, korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi minn 2 sa 11.
Artikolu 25 2.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.
Artikolu 25 3.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti minn negozju u fir-rigward tal-batteriji li jivvaluta, b’mod partikolari mill-manifatturi tal-batteriji, is-sħab kummerċjali tal-manifatturi tal-batteriji, l-investituri azzjonarji fl-impjanti tal-manifatturi tal-batteriji u minn korpi nnotifikati oħrajn, kif ukoll mill-assoċjazzjonijiet kummerċjali tal-korpi nnotifikati, l-impriżi omm jew is-sussidjarji.
Artikolu 25 4.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-importatur, id-distributur, l-installatur, l-akkwirent, is-sid, l-utent jew il-persuna responsabbli mill-manutenzjoni tal-batteriji li huma jivvalutaw, u lanqas ir-rappreżentant ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dik il-projbizzjoni ma għandhiex tipprekludi l-użu ta’ batteriji vvalutati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ dawn il-batteriji għal finijiet personali.

Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu involuti direttament fid-disinn, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni, l-importazzjoni, id-distribuzzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ dawk il-batteriji, jew jirrappreżentaw lill-partijiet li jkunu involuti f’dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jinvolvu ruħhom fl-ebda attività li tista’ tkun f’kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom ikunu nnotifikati. Dan għandu japplika, b’mod partikolari, għas-servizzi ta’ konsulenza.

Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jiżgura li l-attivitajiet tal-kumpaniji omm jew oħt tiegħu, tas-sussidjarji jew tas-sottokuntratturi ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità tiegħu.

Artikolu 25 5.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tiegħu għandhom iwettqu l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla grad ta’ integrità professjonali u bil-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tħajjir, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.
Artikolu 25 6.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu fl-Anness VIII, awditi perjodiċi f’konformità mal-Artikolu 48(2) u verifika minn parti terza f’konformità mal-Artikolu 51 li b’rabta magħhom ikun ġie nnotifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità nnifsu kif ukoll jekk jitwettqu f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F’kull mument, u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità stipulata fl-Anness VIII, għall-awditi perjodiċi f’konformità mal-Artikolu 48(2) u verifika minn parti terza f’konformità mal-Artikolu 51, u għal kull kategorija ta’ batteriji li b’rabta magħhom ikun ġie nnotifikat, korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu:

(a) 

il-persunal meħtieġ b’għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(b) 

id-deskrizzjonijiet tal-proċeduri meħtieġa li f’konformità magħhom titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, filwaqt li jiġu żgurati t-trasparenza u ta’ dawk il-proċeduri u l-kapaċità tagħhom li jiġu riprodotti;

(c) 

politiki u proċeduri xierqa li jiddistingwu bejn l-attivitajiet li jwettaq bħala korp innotifikat u kompiti oħrajn;

(d) 

il-proċeduri meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità, li jieħdu kont dovut tad-daqs ta’ impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-batterija inkwistjoni u l-massa jew in-natura tas-serje tal-proċess ta’ produzzjoni.

Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi marbuta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità tiegħu b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni, it-tagħmir jew il-faċilitajiet kollha tal-ittestjar meħtieġa. Dan għandu jinkludi l-istabbiliment u s-superviżjoni ta’ proċeduri interni, politiki ġenerali, kodiċijiet ta’ kondotta jew regoli interni oħrajn, l-assenjazzjoni ta’ persunal għal kompiti speċifiċi u d-deċiżjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-konformità, mingħajr ma jiġu ddelegati lil sottokuntrattur jew sussidjarju.

Artikolu 25 7.

Il-membri tal-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollhom dawn li ġejjin:

(a) 

taħriġ tekniku u vokazzjonali tajjeb li jkopri l-attivitajiet kollha tal-valutazzjoni tal-konformità li b’rabta magħhom ikun ġie nnotifikat il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(b) 

għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jwettqu u awtorità adegwata biex iwettqu dawk il-valutazzjonijiet;

(c) 

għarfien u fehim xierqa tar-rekwiżiti u l-obbligi stipulati fl-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14 u fl-Artikoli 48 sa 52, tal-istandards armonizzati applikabbli msemmija fl-Artikolu 15 u tal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u tal-liġi nazzjonali;

(d) 

il-kapaċità li jfasslu ċertifikati, rekords u rapporti li juru li jkunu twettqu l-valutazzjonijiet tal-konformità.

Artikolu 25 8.
Għandha tiġi garantita l-imparzjalità ta’ korp tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-maniġment superjuri tiegħu u tal-membri tal-persunal responsabbli biex iwettqu l-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità.

Ir-remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u tal-membri tal-persunal responsabbli biex iwettqu l-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta’ valutazzjonijiet tal-konformità mwettqa jew mir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

Artikolu 25 9.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu joħroġ polza tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà, sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx assunta mill-Istat f’konformità mal-liġi nazzjonali fl-Istat Membru notifikanti jew l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.
Artikolu 25 10.
Il-persunal ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Anness VIII, awditi perjodiċi skont l-Artikolu 48(2), jew verifika minn parti terza skont l-Artikolu 51, ħlief fir-rigward tal-awtorità notifikanti u l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-attivitajiet tiegħu jkunu qed jitwettqu. Id-drittijiet ta’ proprjetà għandhom ikunu protetti.
Artikolu 25 11.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jipparteċipa fi, jew jiżgura li l-membri tal-persunal tiegħu responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu informati dwar l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni settorjali tal-korpi nnotifikati stabbilit skont l-Artikolu 37 u għandu japplika, bħala gwida ġenerali, id-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti minn dak il-grupp.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.