+Artikolu 25 6.

Artikolu 25 6.

Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu fl-Anness VIII, awditi perjodiċi f’konformità mal-Artikolu 48(2) u verifika minn parti terza f’konformità mal-Artikolu 51 li b’rabta magħhom ikun ġie nnotifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità nnifsu kif ukoll jekk jitwettqu f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F’kull mument, u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità stipulata fl-Anness VIII, għall-awditi perjodiċi f’konformità mal-Artikolu 48(2) u verifika minn parti terza f’konformità mal-Artikolu 51, u għal kull kategorija ta’ batteriji li b’rabta magħhom ikun ġie nnotifikat, korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu:

(a) 

il-persunal meħtieġ b’għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(b) 

id-deskrizzjonijiet tal-proċeduri meħtieġa li f’konformità magħhom titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, filwaqt li jiġu żgurati t-trasparenza u ta’ dawk il-proċeduri u l-kapaċità tagħhom li jiġu riprodotti;

(c) 

politiki u proċeduri xierqa li jiddistingwu bejn l-attivitajiet li jwettaq bħala korp innotifikat u kompiti oħrajn;

(d) 

il-proċeduri meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità, li jieħdu kont dovut tad-daqs ta’ impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-batterija inkwistjoni u l-massa jew in-natura tas-serje tal-proċess ta’ produzzjoni.

Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi marbuta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità tiegħu b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni, it-tagħmir jew il-faċilitajiet kollha tal-ittestjar meħtieġa. Dan għandu jinkludi l-istabbiliment u s-superviżjoni ta’ proċeduri interni, politiki ġenerali, kodiċijiet ta’ kondotta jew regoli interni oħrajn, l-assenjazzjoni ta’ persunal għal kompiti speċifiċi u d-deċiżjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-konformità, mingħajr ma jiġu ddelegati lil sottokuntrattur jew sussidjarju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.