+Artikolu 40 Obbligi tar-rappreżentanti awtorizzati
---+Artikolu 40 1.
---+Artikolu 40 2.
---+Artikolu 40 3.
---+Artikolu 40 4.

Artikolu 40 Obbligi tar-rappreżentanti awtorizzati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 40 1.
Manifattur jista’, permezz ta’ mandat bil-miktub, jaħtar rappreżentant awtorizzat.

Il-mandat tar-rappreżentant awtorizzat għandu jkun validu biss meta jiġi aċċettat bil-miktub mir-rappreżentant awtorizzat.

Artikolu 40 2.
L-obbligi stipulati fl-Artikolu 38(1) u fl-Artikoli 48 sa 52 u l-obbligu li titfassal dokumentazzjoni teknika ma għandhomx jifformaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.
Artikolu 40 3.

Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mingħand il-manifattur. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkollu l-mezzi xierqa biex iwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi kopja tal-mandat lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba, b’lingwa tal-Unjoni ddeterminata mill-awtorità kompetenti. Il-mandat għandu jinkludi tal-inqas l-kompiti li ġejjin:

(a) 

iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, id-dokumentazzjoni teknika, ir-rapport ta’ verifika u d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 4a tal-Artikolu 51(2) u r-rapporti tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 48(2) għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-batterija tkun tqiegħdet fis-suq jew fis-servizz;

(b) 

wara talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovdiha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-batterija. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’format elettroniku u, fuq talba, f’format stampat;

(c) 

jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali, fuq talba tagħhom, fuq kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji maħluqa mill-batteriji koperti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

Artikolu 40 4.
Meta l-batterija tippreżenta riskju, ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.