|
+Artikolu 40 3. |
Artikolu 40 3.Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mingħand il-manifattur. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkollu l-mezzi xierqa biex iwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi kopja tal-mandat lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba, b’lingwa tal-Unjoni ddeterminata mill-awtorità kompetenti. Il-mandat għandu jinkludi tal-inqas l-kompiti li ġejjin:
(a)
iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, id-dokumentazzjoni teknika, ir-rapport ta’ verifika u d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 4a tal-Artikolu 51(2) u r-rapporti tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 48(2) għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-batterija tkun tqiegħdet fis-suq jew fis-servizz;
(b)
wara talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovdiha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-batterija. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’format elettroniku u, fuq talba, f’format stampat;
(c)
jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali, fuq talba tagħhom, fuq kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji maħluqa mill-batteriji koperti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|