|
+Artikolu 49 2. |
Artikolu 49 2.Is-sistema msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d), għandha tkun appoġġata b’dokumentazzjoni li tipprovdi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a)
deskrizzjoni tal-materja prima, inkluż l-isem kummerċjali u t-tip tagħha;
(b)
l-isem u l-indirizz tal-fornitur li fornixxa l-materja prima preżenti fil-batteriji lill-operatur ekonomiku li jqiegħed fis-suq il-batteriji li jkun fihom il-materja prima inkwistjoni;
(c)
il-pajjiż tal-oriġini tal-materja prima u t-tranżazzjonijiet tas-suq mill-estrazzjoni tal-materja prima għall-fornitur immedjat għall-operatur ekonomiku li jqiegħed il-batterija fis-suq;
(d)
il-kwantitajiet tal-materja prima preżenti fil-batterija mqiegħda fis-suq, espressi f’perċentwal jew f’piż;
(e)
ir-rapporti ta’ verifika minn parti terza maħruġa minn korp innotifikat u fir-rigward tal-fornituri kif imsemmi fl-Artikolu 50(3);
(f)
jekk ir-rapporti msemmija fil-punt (e) ma jkunux disponibbli u meta l-materja prima toriġina minn żona affettwata minn kunflitti u ta’ riskju għoli, informazzjoni addizzjonali f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-operaturi ekonomiċi upstream, kif stipulat fil-Gwida tal-OECD dwar id-diliġenza dovuta għal Ktajjen ta’ Provvista Responsabbli ta’ Minerali minn Żoni Affettwati minn Kunflitti u ta’ Riskju Għoli, fejn rilevanti, bħall-minjiera tal-oriġini, il-postijiet fejn il-materja prima tiġi kkonsolidata, innegozjata u pproċessata, u t-taxxi, it-tariffi u r-royalties huma mħallsa. Ir-rapporti ta’ verifika minn partijiet terzi msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu disponibbli minn fornituri kif imsemmi fl-Artikolu 50(3) għall-operaturi downstream tal-katina tal-provvista. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|