+Artikolu 55 Reġistru tal-produtturi
---+Artikolu 55 1.
---+Artikolu 55 2.
---+Artikolu 55 3.
---+Artikolu 55 4.
---+Artikolu 55 5.
---+Artikolu 55 6.
---+Artikolu 55 7.
---+Artikolu 55 8.
---+Artikolu 55 9.
---+Artikolu 55 10.
---+Artikolu 55 11.
---+Artikolu 55 12.
---+Artikolu 55 13.

Artikolu 55 Reġistru tal-produtturi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 55 1.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru tal-produtturi li għandu jservi biex jissorvelja l-konformità tal-produtturi mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu.
Artikolu 55 2.
Il-produtturi għandhom jirreġistraw fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1. Għal dak l-għan għandhom jippreżentaw applikazzjoni għal reġistrazzjoni f’kull Stat Membru fejn iqiegħdu fis-suq batterija għall-ewwel darba.

Il-produtturi għandhom jippreżentaw l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni permezz ta’ sistema elettronika tal-ipproċessar tad-data kif imsemmi fil-paragrafu 9, il-punt (a).

Il-produtturi għandhom iqiegħdu biss għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ Stat Membru batteriji, inkluż dawk inkorporati f’apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra, jekk huma jew, fil-każ ta’ awtorizzazzjoni, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għar-responsabbiltà estiża tal-produttur, huma rreġistrati f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 55 3.

L-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem, u l-ismijiet tad-ditta jekk disponibbli, li bihom il-produttur jopera fl-Istat Membru u l-indirizz tal-produttur inkluż il-kodiċi postali u l-post, it-triq u n-numru, il-pajjiż, in-numru tat-telefon, jekk ikun hemm, l-indirizz tas-sit web u l-indirizz tal-posta elettronika, li jindikaw punt ta’ kuntatt uniku;

(b) 

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur, inkluż in-numru tar-reġistru kummerċjali tiegħu jew numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti u n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa nazzjonali jew Ewropew;

(c) 

il-kategorija jew kategoriji, ta’ batteriji li l-produttur ikollu l-ħsieb li jqiegħed fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru, jiġifieri batteriji portabbli, batteriji industrijali, batteriji LMT, batteriji tal-vetturi elettriċi, jew batteriji SLI, u l-kimika tagħhom;

(d) 

l-informazzjoni dwar kif il-produttur jissodisfa r-responsabbiltajiet tiegħu stipulati fl-Artikolu 56 u r-rekwiżiti skont l-Artikoli 59, 60 u 61, rispettivament:

(i) 

għall-batteriji portabbli jew batteriji LMT, ir-rekwiżiti tal-punt (d) għandhom jiġu ssodisfati billi jiġu pprovduti:

— 
informazzjoni bil-miktub dwar il-miżuri stabbiliti mill-produttur biex jissodisfa l-obbligi ta’ responsabbiltà tal-produtturi stipulati fl-Artikolu 56, il-miżuri stabbiliti biex jiġu ssodisfati l-obbligi tal-ġbir separat stipulati fl-Artikolu 59(1) jew l-Artikolu 60(1) fir-rigward tal-ammont ta’ batteriji li l-produttur jagħmel disponibbli fis-suq fl-Istat Membru, u dwar s-sistema maħsuba biex tiżgura li d-data rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti tkun affidabbli;
— 
fejn applikabbli, l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt, inkluż il-kodiċi postali u l-post, it-triq u n-numru, il-pajjiż, in-numru tat-telefon, l-indirizz tas-sit web u l-indirizz tal-posta elettronika u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi maħtura mill-produttur biex tissodisfa l-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi f’konformità mal-Artikolu 57(1) u (2), inkluż in-numru tar-reġistru kummerċjali jew numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti u n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa nazzjonali jew Ewropew tal-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, u l-mandat tal-produttur irrappreżentat;
(ii) 

għall-batteriji SLI, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi, ir-rekwiżiti tal-punt (d) għandhom jiġu ssodisfati billi jiġu pprovduti:

— 
informazzjoni bil-miktub dwar il-miżuri stabbiliti mill-produttur biex jissodisfa l-obbligi ta’ responsabbiltà tal-produtturi stipulati fl-Artikolu 56, il-miżuri stabbiliti biex jiġu ssodisfati l-obbligi tal-ġbir stipulati fl-Artikolu 61(1) fir-rigward tal-ammont ta’ batteriji li l-produttur jagħmel disponibbli fis-suq fl-Istat Membru u dwar is-sistema maħsuba biex tiżgura li d-data rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti tkun affidabbli;
— 
fejn applikabbli, l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt, inkluż il-kodiċi postali u l-post, it-triq u n-numru, il-pajjiż, in-numru tat-telefon, l-indirizz tas-sit web u l-indirizz tal-posta elettronika u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi maħtura mill-produttur biex tissodisfa l-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi f’konformità mal-Artikolu 57(1) u (2), inkluż in-numru tar-reġistru kummerċjali jew numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti u n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa nazzjonali jew Ewropew tal-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, u l-mandat tal-produttur irrappreżentat.
(e) 

dikjarazzjoni mill-produttur jew, fejn applikabbli, mir-rappreżentant awtorizzat tal-produttur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), li tiddikjara li l-informazzjoni pprovduta hija vera.

Artikolu 55 4.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-informazzjoni stipulata fil-punt (d) ta’ dak il-paragrafu għandha tiġi pprovduta jew fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 58. Tali applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għandha tinkludi mill-inqas informazzjoni dwar it-twettiq individwali jew kollettiv tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur.
Artikolu 55 5.
L-Istati Membri jistgħu jitlobu informazzjoni jew dokumenti addizzjonali, kif meħtieġ, biex jużawi r-reġistru tal-produtturi b’mod effiċjenti.
Artikolu 55 6.
Meta produttur ikun ħatar organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-obbligi skont dan l-Artikolu għandhom jiġu ssodisfati minn dik l-organizzazzjoni mutatis mutandis, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Istat Membru.
Artikolu 55 7.
L-obbligi skont dan l-Artikolu jistgħu jiġu ssodisfati f’isem il-produttur minn rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur.

Fejn l-obbligi skont dan l-Artikolu jiġu ssodisfati f’isem il-produttur minn rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur li jirrappreżenta aktar minn produttur wieħed, minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 3, dak ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt għal kull wieħed mill-produtturi rrappreżentati separatament.

Artikolu 55 8.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-proċedura ta’ reġistrazzjoni skont dan l-Artikolu u l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 58 jikkostitwixxu proċedura unika, sakemm l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi (3) sa (7) ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 55 9.

L-awtorità kompetenti għandha:

(a) 

tagħmel disponibbli fuq is-sit web tagħha informazzjoni dwar il-proċess ta’ applikazzjoni permezz ta’ sistema elettronika għall-ipproċessar tad-data;

(b) 

tagħti reġistrazzjonijiet u tipprovdi numru tar-reġistrazzjoni f’perjodu massimu ta’ 12-il ġimgħa mill-mument li tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 55 10.

L-awtorità kompetenti tista’:

(a) 

tistabbilixxi modalitajiet fir-rigward tar-rekwiżiti u l-proċess tar-reġistrazzjoni mingħajr ma żżid rekwiżiti sostantivi ma’ dawk stipulati fil-paragrafi 2 u 3;

(b) 

titlob ħlasijiet proporzjonati u bbażati fuq il-kostijiet lill-produtturi għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 55 11.
L-awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li tirreġistra produttur jew tirtira r-reġistrazzjoni tal-produttur meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u l-evidenza dokumentarja relatata ma tiġix ipprovduta jew ma tkunx biżżejjed, jew meta l-produttur ma jibqax jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3, il-punt (d).

L-awtorità kompetenti għandha tirtira r-reġistrazzjoni tal-produttur jekk din ma tkunx għadha teżisti.

Artikolu 55 12.
Il-produttur, jew, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi maħtura f’isem il-produtturi li tirrappreżenta għandha tinnotifika mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tinsab fir-reġistrazzjoni u bi kwalunkwe waqfien permanenti fir-rigward tat-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq fit-territorju tal-Istat Membru tal-batteriji msemmija fir-reġistrazzjoni.
Artikolu 55 13.
Meta l-informazzjoni fir-reġistru tal-produtturi ma tkunx aċċessibbli għall-pubbliku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi jingħataw aċċess, mingħajr ħlas, għall-informazzjoni fir-reġistru.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.