+Artikolu 57 Organizzazzjoni b’Kompetenza fil-Qasam tar-Responsabbiltà tal-Produtturi
---+Artikolu 57 1.
---+Artikolu 57 2.
---+Artikolu 57 3.
---+Artikolu 57 4.
---+Artikolu 57 5.
---+Artikolu 57 6.
---+Artikolu 57 7.
---+Artikolu 57 8.

Artikolu 57 Organizzazzjoni b’Kompetenza fil-Qasam tar-Responsabbiltà tal-Produtturi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 57 1.
Il-produtturi jistgħu jaħtru organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 58 biex tissodisfa l-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi f’isimhom. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri biex il-ħatra ta’ organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi ssir obbligatorja. Tali miżuri għandhom jiġu ġġustifikati abbażi tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ kategorija partikolari ta’ batteriji mqiegħda fis-suq u karatteristiċi tal-immaniġġar tal-iskart relatati.
Artikolu 57 2.

Fil-każ ta’ ssodisfar kollettiv ta’ obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi, l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jiżguraw it-trattament ugwali tal-produtturi, irrispettivament mill-oriġini jew mid-daqs tagħhom, mingħajr ma jqiegħdu piż sproporzjonat fuq il-produtturi ta’ kwantitajiet żgħar ta’ batteriji, inkluż intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Dawn għandhom jiżguraw ukoll li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa lilhom mill-produtturi:

(a) 

ikunu modulati f’konformità mal-Artikolu 8a(4), il-punt (b), tad-Direttiva 2008/98/KE u bħala minimu skont il-kategorija ta’ batterija u l-kimika tal-batterija, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-kapaċità ta’ ċċarġjar mill-ġdid, il-livell ta’ kontenut riċiklat fil-manifattura tal-batteriji u jekk il-batteriji kienux soġġetti għal preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, għall-adattament għal skop differenti jew għall-manifattura mill-ġdid, u l-impronta tal-karbonju tagħhom; u

(b) 

jiġu aġġustati biex jitqies kwalunkwe dħul miksub mill-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi mill-preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew mill-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew mill-valur ta’ materja prima sekondarja rkuprata minn skart riċiklat ta’ batteriji.

Artikolu 57 3.
Meta, fi Stat Membru, diversi organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu awtorizzati biex jissodisfaw l-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi f’isem il-produtturi, huma għandhom jiżguraw kopertura fit-territorju kollu tal-Istat Membru tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 59(1), l-Artikolu 60(1) u l-Artikolu 61(1). L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità kompetenti jew jaħtru parti terza indipendenti biex tiżgura li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jissodisfaw l-obbligi tagħhom b’mod koordinat.
Artikolu 57 4.
L-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data fil-pussess tagħhom fir-rigward ta’ informazzjoni proprjetarja jew informazzjoni direttament attribwibbli lil produtturi individwali jew lir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għar-responsabbiltà estiża tal-produtturi.
Artikolu 57 5.
Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(3), il-punt (e), tad-Direttiva 2008/98/KE, l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom, mill-anqas kull sena, soġġett għall-kunfidenzjalità kummerċjali u industrijali, l-informazzjoni dwar ir-rata ta’ ġbir separat tal-iskart ta’ batteriji, l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ u l-livelli ta’ rkupru ta’ materjali miksuba mill-produtturi li ħatru lill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi.
Artikolu 57 6.
Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jagħmlu disponibbli pubblikament l-informazzjoni dwar il-proċedura ta’ għażla għall-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart magħżula f’konformità mal-paragrafu 8.
Artikolu 57 7.
Fejn meħtieġ biex tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq intern, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-kriterji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni ma għandux jikkonċerna d-determinazzjoni preċiża tal-livell tal-kontribuzzjonijiet u għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).
Artikolu 57 8.
L-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart għandhom ikunu soġġetti għal proċedura ta’ għażla nondiskriminatorja, ibbażata fuq kriterji għall-aġġudikazzjoni trasparenti, imwettqa minn produtturi jew minn organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, u li ma tpoġġix piż sproporzjonat fuq intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.