+Artikolu 58 Awtorizzazzjoni dwar l-issodisfar ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi
---+Artikolu 58 1.
---+Artikolu 58 2.
---+Artikolu 58 3.
---+Artikolu 58 4.
---+Artikolu 58 5.
---+Artikolu 58 6.
---+Artikolu 58 7.
|
Artikolu 58 Awtorizzazzjoni dwar l-issodisfar ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 58 1.
|
Produttur, fil-każ ta’ ssodisfar individwali tal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi, u l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi maħtura fil-każ ta’ ssodisfar kollettiv tal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi, għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni dwar l-issodisfar ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi mill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 58 2.
|
L-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss fejn jintwera:
(a)
li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8a(3), il-punti (a) sa (d), tad-Direttiva 2008/98/KE jkunu ġew issodisfati u l-miżuri stabbiliti mill-produttur jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu biżżejjed biex jissodisfaw l-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu fir-rigward tal-ammont ta’ batteriji li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru mill-produttur jew il-produtturi li tkun qed taġixxi f’isimhom l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi; u
(b)
billi tiġi pprovduta evidenza dokumentarja, li r-rekwiżiti tal-Artikolu 59(1) u (2) jew ir-rekwiżiti tal-Artikolu 60(1), (2) u (4), ikunu ġew issodisfati u li l-arranġamenti kollha jkunu fis-seħħ biex tagħmilha possibli li tintlaħaq u tinżamm b’mod durabbli tal-anqas il-mira tal-ġbir imsemmija fl-Artikolu 59(3) u l-Artikolu 60(3), rispettivament.
|
|
Artikolu 58 3.
|
L-Istati Membri għandhom, fil-miżuri tagħhom li jistabbilixxu r-regoli amministrattivi u proċedurali msemmija fl-Artikolu 54(3), il-punt (b), jinkludu d-dettalji tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, li tista’ tvarja skont jekk tirrelatax mal-issodisfar individwali jew kollettiv tal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, u l-modalitajiet għall-verifika tal-konformità tal-produtturi jew ta’ organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, inkluż l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-produtturi jew mill-organizzazzjonijiet b’responsabbiltà tal-produtturi għal dak il-għan. Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għandha tinkludi rekwiżiti dwar il-verifika tal-arranġamenti stabbiliti biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 59(1) u (2) u fl-Artikolu 60(1), (2) u (4), u l-perjodi ta’ żmien għall-verifika, li ma għandhomx jaqbżu t-12-il ġimgħa mill-preżentazzjoni ta’ dossier komplut tal-applikazzjoni. Il-verifika tista’ titwettaq minn espert indipendenti li għandu joħroġ rapport ta’ verifika dwar ir-riżultat tal-verifika.
|
|
Artikolu 58 4.
|
Il-produttur jew l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tinsab fl-awtorizzazzjoni, dwar kwalunkwe bidla li tikkonċerna t-termini tal-awtorizzazzjoni jew dwar il-waqfien permanenti tal-operazzjonijiet.
|
|
Artikolu 58 5.
|
Il-mekkaniżmu ta’ awtokontroll previst fl-Artikolu 8a(3), il-punt (d), tad-Direttiva 2008/98/KE għandu jitwettaq regolarment, u mill-inqas kull tliet snin, u fuq talba mill-awtorità kompetenti, sabiex jiġi vverifikat li d-dispożizzjonijiet f’dak il-punt huma ssodisfati u li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jibqgħu jiġu ssodisfati. Il-produttur jew l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jippreżentaw, fuq talba, rapport ta’ awtokontroll u, fejn meħtieġ, l-abbozz tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva lill-awtorità kompetenti. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tista’ tagħmel osservazzjonijiet dwar ir-rapport ta’ awtokontroll u dwar l-abbozz tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva, u għandha tikkomunika kwalunkwe tali osservazzjoni lill-produttur jew lill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi. Il-produttur jew l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom ifasslu u jimplimentaw il-pjan ta’ azzjoni korrettiva abbażi ta’ dawk l-osservazzjonijiet.
|
|
Artikolu 58 6.
|
L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tirrevoka l-awtorizzazzjoni jekk il-miri tal-ġbir stipulati fl-Artikolu 59(3) jew l-Artikolu 60(3) ma jiġux issodisfati jew il-produttur jew l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi ma jibqgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-ġbir u t-trattament tal-iskart ta’ batteriji jew jonqsu milli jirrapportaw lill-awtorità kompetenti jew jonqos milli tinnotifikaha dwar kwalunkwe bidla li tikkonċerna t-termini tal-awtorizzazzjoni, jew ikunu waqqfu l-operazzjonijiet.
|
|
Artikolu 58 7.
|
Produttur, fil-każ ta’ ssodisfar individwali tal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, u l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi maħtura fil-każ ta’ ssodisfar kollettiv tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, għandhom jipprovdu garanzija maħsuba biex tkopri l-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet tal-immaniġġar tal-iskart dovuti mill-produttur, jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, inkluż fil-każ ta’ waqfien permanenti tal-operazzjonijiet jew insolvenza tagħhom. Stat Membru jista’ jispeċifika rekwiżiti addizzjonali dwar tali garanzija. Fil-każ ta’ organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi mmexxija mill-istat, tali garanzija tista tiġi pprovduta b’mod ieħor milli mill-organizzazzjoni nnifisha u tista’ tieħu l-forma ta’ fond pubbliku li hu ffinanzjat mit-tariffi tal-produtturi u li għalih l-Istat Membru li jmexxi l-organizzazzjoni huwa responsabbli b’mod konġunt u in solidum.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|