|
+Artikolu 59 1. |
Artikolu 59 1.Il-produtturi ta’ batteriji portabbli jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jiżguraw li l-iskart kollu ta’ batteriji portabbli, irrispettivament min-natura, il-kompożizzjoni kimika, il-kondizzjoni, id-ditta jew l-oriġini tagħhom jinġabar separatament, fit-territorju ta’ Stat Membru fejn huma jqiegħdu l-batteriji portabbli għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba. Għal dak l-iskop, huma għandhom:
(a)
jistabbilixxu sistema ta’ teħid lura u ġbir tal-iskart ta’ batteriji portabbli;
(b)
joffru l-ġbir tal-iskart ta’ batteriji portabbli, mingħajr ħlas, lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), u jipprevedu l-ġbir tal-iskart ta’ batteriji portabbli mill-entitajiet kollha li jkunu għamlu użu minn dik l-offerta (“punti ta’ ġbir konnessi għall-iskart ta’ batteriji portabbli”);
(c)
jipprevedu l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-ġbir u t-trasport ‘tal-iskart ta’ batteriji portabbli, inkluż il-forniment, mingħajr ħlas, ta’ kontenituri xierqa għall-ġbir u t-trasport li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), għall-punti ta’ ġbir konnessi għall-iskart ta’ batteriji portabbli;
(d)
jiġbru, mingħajr ħlas, l-iskart ta’ batteriji portabbli miġbur mill-punti tal-ġbir konnessi, bi frekwenza li tkun proporzjonata għaż-żona koperta u l-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji portabbli ġeneralment miġbur mill-punti ta’ ġbir konnessi għall-iskart ta’ batteriji portabbli;
(e)
jiġbru, mingħajr ħlas, l-iskart ta’ batteriji portabbli mneħħi mill-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, bi frekwenza li tkun proporzjonata għall-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji portabbli;
(f)
jiżguraw li l-iskart ta’ batteriji portabbli miġbur mill-punti ta’ ġbir konnessi għall-iskart ta’ batteriji portabbli u mneħħi mill-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku sussegwentement ikun soġġett għal trattament f’faċilità permessa minn operatur tal-immaniġġar tal-iskart f’konformità mal-Artikolu 70. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|