+Artikolu 59 Ġbir tal-iskart ta’ batteriji portabbli
---+Artikolu 59 1.
---+Artikolu 59 2.
---+Artikolu 59 3.
---+Artikolu 59 4.
---+Artikolu 59 5.
---+Artikolu 59 6.
---+Artikolu 59 7.
|
Artikolu 59 Ġbir tal-iskart ta’ batteriji portabbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 59 1.
|
Il-produtturi ta’ batteriji portabbli jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jiżguraw li l-iskart kollu ta’ batteriji portabbli, irrispettivament min-natura, il-kompożizzjoni kimika, il-kondizzjoni, id-ditta jew l-oriġini tagħhom jinġabar separatament, fit-territorju ta’ Stat Membru fejn huma jqiegħdu l-batteriji portabbli għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba. Għal dak l-iskop, huma għandhom:
(a)
jistabbilixxu sistema ta’ teħid lura u ġbir tal-iskart ta’ batteriji portabbli;
(b)
joffru l-ġbir tal-iskart ta’ batteriji portabbli, mingħajr ħlas, lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), u jipprevedu l-ġbir tal-iskart ta’ batteriji portabbli mill-entitajiet kollha li jkunu għamlu użu minn dik l-offerta (“punti ta’ ġbir konnessi għall-iskart ta’ batteriji portabbli”);
(c)
jipprevedu l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-ġbir u t-trasport ‘tal-iskart ta’ batteriji portabbli, inkluż il-forniment, mingħajr ħlas, ta’ kontenituri xierqa għall-ġbir u t-trasport li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
), għall-punti ta’ ġbir konnessi għall-iskart ta’ batteriji portabbli;
(d)
jiġbru, mingħajr ħlas, l-iskart ta’ batteriji portabbli miġbur mill-punti tal-ġbir konnessi, bi frekwenza li tkun proporzjonata għaż-żona koperta u l-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji portabbli ġeneralment miġbur mill-punti ta’ ġbir konnessi għall-iskart ta’ batteriji portabbli;
(e)
jiġbru, mingħajr ħlas, l-iskart ta’ batteriji portabbli mneħħi mill-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, bi frekwenza li tkun proporzjonata għall-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji portabbli;
(f)
jiżguraw li l-iskart ta’ batteriji portabbli miġbur mill-punti ta’ ġbir konnessi għall-iskart ta’ batteriji portabbli u mneħħi mill-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku sussegwentement ikun soġġett għal trattament f’faċilità permessa minn operatur tal-immaniġġar tal-iskart f’konformità mal-Artikolu 70.
|
|
Artikolu 59 2.
|
Il-produtturi ta’ batteriji portabbli jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jiżguraw li s-sistema ta’ teħid lura u ta’ ġbir tal-iskart ta’ batteriji portabbli:
(a)
tikkonsisti f’punti ta’ ġbir stabbiliti minnhom f’kooperazzjoni ma’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(i)
distributuri f’konformità mal-Artikolu 62;
(ii)
faċilitajiet għat-trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw soġġetti għad-Direttiva 2000/53/KE;
(iii)
l-awtoritajiet pubbliċi, jew il-partijiet terzi li jwettqu l-immaniġġar tal-iskart f’isimhom, f’konformità mal-Artikolu 66;
(iv)
il-punti ta’ ġbir volontarji f’konformità mal-Artikolu 67;
(v)
faċilitajiet għat-trattament tal-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku soġġetti għad-Direttiva 2012/19/KE; u
(b)
tkopri t-territorju kollu tal-Istat Membru b’kont meħud tad-daqs u d-densità tal-popolazzjoni, il-volum mistenni tal-iskart ta’ batteriji portabbli, l-aċċessibbiltà għal u l-prossimità għall-utenti finali, li ma jkunx limitat għal żoni fejn il-ġbir u l-immaniġġar sussegwenti tal-iskart ta’ batteriji portabbli huma profittabbli.
|
|
Artikolu 59 3.
|
Il-produtturi ta’ batteriji portabbli jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jilħqu b’mod durabbli, mill-inqas il-miri tal-ġbir li ġejjin għall-iskart ta’ batteriji portabbli:
(a)
45 % sal-31 ta’ Diċembru 2023;
(b)
63 % sal-31 ta’ Diċembru 2027;
(c)
73 % sal-31 ta’ Diċembru 2030.
Il-produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jikkalkolaw ir-rata tal-ġbir imsemmija f’dan il-paragrafu f’konformità mal-Anness XI.
|
|
Artikolu 59 4.
|
L-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jarmu l-iskart ta’ batteriji portabbli fil-punti ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), u ma għandhomx jintalbu jħallsu jew ikunu obbligati jixtru batterija ġdida u lanqas li jkunu xtraw il-batterija portabbli mill-produtturi li jkunu stabbilew il-punti ta’ ġbir.
|
|
Artikolu 59 5.
|
Il-punti ta’ ġbir stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 2, il-punti (a)(i), (iii) u (iv), ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni jew permessi tad-Direttiva 2008/98/KE.
|
|
Artikolu 59 6.
|
L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jirrikjedu li l-punti ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġbru skart ta’ batteriji portabbli biss jekk ikunu kkonkludew kuntratt mal-produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi.
|
|
Artikolu 59 7.
|
Fid-dawl tal-iżvilupp mistenni tas-suq u ż-żieda tat-tul tal-ħajja mistennija tal-batteriji portabbli rikarikabbli, u sabiex jiġi aċċertat aħjar il-volum reali tal-iskart ta’ batteriji portabbli disponibbli għall-ġbir, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, sat-18 ta’ Awwissu 2027 atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda l-metodoloġija għall-kalkolu tar-rata ta’ ġbir ta’ batteriji portabbli stabbilita fl-Anness XI u biex temenda l-mira ta’ ġbir stipulata fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu biex tadatta dik l-mira ta’ ġbir għall-metodoloġija l-ġdida filwaqt li twettaq ambizzjoni u skedi ta’ żmien ekwivalenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|