+Artikolu 62 Obbligi tad-distributuri
---+Artikolu 62 1.
---+Artikolu 62 2.
---+Artikolu 62 3.
---+Artikolu 62 4.
---+Artikolu 62 5.
---+Artikolu 62 6.

Artikolu 62 Obbligi tad-distributuri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 62 1.

Id-distributuri għandhom jieħdu lura l-iskart ta’ batteriji mingħand l-utent finali mingħajr ħlas u mingħajr ma jimponu obbligu fuq l-utent finali li jixtri jew li kellu jixtri batterija ġdida, irrispettivament mill-kompożizzjoni kimika, id-ditta jew l-oriġini tagħhom kif ġej:

(a) 

għall-iskart ta’ batteriji portabbli, fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut tad-distributur jew fil-viċinanza immedjata tiegħu;

(b) 

għall-iskart ta’ batteriji LMT, l-iskart ta’ batteriji SLI, l-iskart ta’ batteriji industrijali u l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi, fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut tad-distributur jew fil-viċinanzi tiegħu.

Artikolu 62 2.

L-obbligu ta’ teħid lura stipulat fil-paragrafu 1:

(a) 

ma għandux japplika għal skart ta’ prodotti li fihom il-batteriji;

(b) 

għandu jkun limitat għall-kategoriji tal-iskart ta’ batteriji li d-distributur għandu jew kellu bħala batteriji fl-offerta tiegħu u, għall-iskart ta’ batteriji portabbli, għall-kwantità li normalment jarmu l-utenti finali mhux professjonali.

Artikolu 62 3.
Id-distributuri għandhom jgħaddu l-iskart ta’ batteriji li jkunu ħadu lura lill-produtturi jew lill-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li huma responsabbli għall ġbir ta’ dak l-iskart ta’ batteriji f’konformità mal-Artikoli 59, 60 u 61 rispettivament, jew lil operatur tal-immaniġġar tal-iskart magħżul f’konformità mal-Artikolu 57(8) bil-ħsieb tat-trattament tagħhom f’konformità mal-Artikolu 70.
Artikolu 62 4.
L-obbligi skont dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għad-distributuri li jfornu l-batteriji permezz ta’ kuntratti mill-bogħod lill-utenti finali. Dawk id-distributuri għandhom jipprevedu għadd suffiċjenti ta’ punti ta’ ġbir li jkopru t-territorju kollu ta’ Stat Membru u b’kont meħud tad-daqs u d-densità tal-popolazzjoni, il-volum mistenni tal-iskart ta’ batteriji portabbli, skart ta’ batteriji LMT, skart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi rispettivament, u l-aċċessibbiltà għal u l-prossimità għall-utenti finali, li jippermettu lill-utenti finali jirritornaw il-batteriji.
Artikolu 62 5.
Fil-każ ta’ bejgħ b’konsenja, id-distributuri għandhom joffru li jieħdu lura skart ta’ batteriji portabbli, skart ta’ batteriji LMT, skart ta’ batteriji industrijali, skart ta’ batteriji SLI u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi mingħajr ħlas fil-punt tal-konsenja lill-utent finali jew f’punt ta’ ġbir lokali. L-utent finali għandu jiġi infurmat meta jordna batterija bl-arranġamenti ta’ teħid lura għal skart ta’ batterija.
Artikolu 62 6.

Għall-finijiet tal-konformità mal-Artikolu 30(1), il-punti (d) u (e), tar-Regolament (UE) 2022/2065, il-fornituri tal-pjattaformi online, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament, li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi għandhom jiksbu l-informazzjoni li ġejja mingħand il-produtturi li joffru l-batteriji, inklużi l-batteriji inkorporati f’apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra, lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni:

(a) 

dettalji li jikkonċernaw ir-reġistru tal-produtturi msemmi fl-Artikolu 55 u n-numru jew in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-produtturi f’dak ir-reġistru;

(b) 

awtoċertifikazzjoni mill-produttur li jimpenja ruħu li joffri biss batteriji, inkluż dawk inkorporati f’apparati, mezzi ta’ trasport ħfief jew vetturi oħra, li fir-rigward tagħhom ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur imsemmija fl-Artikolu 56(1), (2), (3) u (4), fl-Artikolu 57(1) u fl-Artikolu 58(1), (2) u (7).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.