|
+Artikolu 73 1. |
Artikolu 73 1.Sabiex jiddokumenta li l-iskart ta’ batterija LMT, l-iskart ta’ batterija industrijali u l-iskart ta’ batterija tal-vetturi elettriċi soġġett għal preparazzjoni għal użu mill-ġdid, jew għal preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, ma għadux aktar skart, id-detentur tal-batterija għandu, fuq talba ta’ awtorità kompetenti, juri dan li ġej:
(a)
evidenza tal-evalwazzjoni jew tal-ittestjar tal-istat tas-saħħa mwettqa fi Stat Membru fil-forma ta’ kopja tar-rekord li tikkonferma l-kapaċità tal-batterija li tagħti l-prestazzjoni rilevanti għall-użu tagħha wara preparazzjoni għal użu mill-ġdid, jew preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti;
(b)
użu ulterjuri tal-batterija li kienet soġġetta għal preparazzjoni għal użu mill-ġdid, jew għal preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, jiġi dokumentat permezz ta’ fattura jew ta’ kuntratt għall-bejgħ jew għat-trasferiment tas-sjieda tal-batterija;
(c)
evidenza ta’ protezzjoni xierqa kontra ħsara waqt it-trasport, it-tagħbija u l-ħatt, inkluż permezz ta’ imballaġġ suffiċjenti u stivar xieraq tat-tagħbija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|