+Artikolu 73 Preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti tal-iskart ta’ batteriji LMT, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi
---+Artikolu 73 1.
---+Artikolu 73 2.
---+Artikolu 73 3.
---+Artikolu 73 4.

Artikolu 73 Preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti tal-iskart ta’ batteriji LMT, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 73 1.

Sabiex jiddokumenta li l-iskart ta’ batterija LMT, l-iskart ta’ batterija industrijali u l-iskart ta’ batterija tal-vetturi elettriċi soġġett għal preparazzjoni għal użu mill-ġdid, jew għal preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, ma għadux aktar skart, id-detentur tal-batterija għandu, fuq talba ta’ awtorità kompetenti, juri dan li ġej:

(a) 

evidenza tal-evalwazzjoni jew tal-ittestjar tal-istat tas-saħħa mwettqa fi Stat Membru fil-forma ta’ kopja tar-rekord li tikkonferma l-kapaċità tal-batterija li tagħti l-prestazzjoni rilevanti għall-użu tagħha wara preparazzjoni għal użu mill-ġdid, jew preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti;

(b) 

użu ulterjuri tal-batterija li kienet soġġetta għal preparazzjoni għal użu mill-ġdid, jew għal preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, jiġi dokumentat permezz ta’ fattura jew ta’ kuntratt għall-bejgħ jew għat-trasferiment tas-sjieda tal-batterija;

(c) 

evidenza ta’ protezzjoni xierqa kontra ħsara waqt it-trasport, it-tagħbija u l-ħatt, inkluż permezz ta’ imballaġġ suffiċjenti u stivar xieraq tat-tagħbija.

Artikolu 73 2.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utenti finali u ta’ partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom, b’termini u kondizzjonijiet ugwali, bħala parti mid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-batterija msemmija fil-paragrafu 1 meta titqiegħed fis-suq jew fis-servizz.
Artikolu 73 3.
L-għoti ta’ informazzjoni f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ preżervazzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali rilevanti.
Artikolu 73 4.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u ta’ verifika dettaljati li l-iskart ta’ batteriji LMT, l-iskart ta’ batteriji industrijali jew l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi għandhom jissodisfaw biex ma jibqgħux ikunu skart. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.