|
+Artikolu 75 5. |
Artikolu 75 5.L-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart li jwettqu t-trattament u r-riċiklaturi għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn iseħħ it-trattament tal-iskart ta’ batteriji, għal kull sena kalendarja u mill-Istat Membru fejn ikun inġabar l-iskart ta’ batteriji, l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji riċevut għat-trattament;
(b)
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji li bdew jgħaddu mill-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti jew proċessi tar-riċiklaġġ;
(c)
data dwar l-effiċjenza tar-riċiklaġġ għall-iskart ta’ batteriji, l-irkupru ta’ materjali mill-iskart ta’ batteriji u d-destinazzjoni u r-rendiment tal-frazzjonijiet tal-output finali. Ir-rapportar dwar l-effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-irkupru ta’ materjali għandu jkopri l-passi individwali kollha tar-riċiklaġġ u l-frazzjonijiet tal-output korrispondenti kollha. Meta operazzjonijiet tar-riċiklaġġ jitwettqu f’aktar minn faċilità waħda, l-ewwel riċiklatur għandu jkun responsabbli biex jiġbor l-informazzjoni u jirrapporta dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir it-trattament tal-iskart ta’ batteriji, għandha tipprovdi l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, fejn ikunu nġabru l-batteriji, jekk tkun differenti. L-iskart ta’ batteriji mibgħut lil Stat Membru ieħor għat-trattament f’dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jiġi inkluż fid-data dwar l-effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-irkupru ta’ materjali u għandu jgħodd għall-kisba tal-miri stabbiliti fl-Anness XII mill-Istat Membru li fih ikun inġabar dak l-iskart. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|