|
+Artikolu 77 2. |
Artikolu 77 2.Il-passaport tal-batteriji għandu jkun fih informazzjoni relatata mal-mudell tal-batterija u informazzjoni speċifika għall-batterija individwali, inkluż informazzjoni li tirriżulta mill-użu ta’ dik il-batterija, kif stabbilit fl-Anness XIII. L-informazzjoni fil-passaport tal-batteriji għandha tinkludi:
(a)
informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali f’konformità mal-punt 1 tal-Anness XIII;
(b)
informazzjoni aċċessibbli biss għall-korpi nnotifikati, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni f’konformità mal-punti 2 u 3 tal-Anness XIII; u
(c)
informazzjoni aċċessibbli biss għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika b’interess leġittimu fl-aċċess u l-ipproċessar ta’ dik l-informazzjoni għall-finijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tielet subparagrafu f’konformità mal-punti 2 u 4 tal-Anness XIII. Il-finijiet għall-aċċess u l-ipproċessar tal-informazzjoni kif imsemmi fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu, għandhom:
(a)
jikkonċernaw iż-żarmar tal-batterija, inkluż il-miżuri ta’ sikurezza li għandhom jittieħdu matul iż-żarmar, u l-kompożizzjoni dettaljata tal-mudell tal-batterija u tkun essenzjali biex dawk li jsewwu, li jimmanifatturaw mill-ġdid, l-operaturi tat-tieni ħajja u r-riċiklaturi jkunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet ekonomiċi rispettivi tagħhom f’konformità ma’ dan ir-Regolament; jew
(b)
fil-każ ta’ batteriji individwali, ikunu essenzjali għax-xerrej tal-batterija jew għall-partijiet li jaġixxu f’isem ix-xerrej, għall-fini li l-batterija individwali ssir disponibbli għall-aggregaturi tal-enerġija jew għall-parteċipanti fis-suq tal-enerġija indipendenti. L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu għandha tiġi inkluża fil-passaport tal-batteriji sa fejn applikabbli għall-kategorija jew is-subkategorija tal-batterija kkonċernata. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda l-Anness XIII fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-passaport tal-batteriji fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|