|
+Artikolu 78 Disinn tekniku u t-tħaddim tal-passaport tal-batteriji |
Artikolu 78 Disinn tekniku u t-tħaddim tal-passaport tal-batterijiArtikolu 78 Disinn tekniku u t-tħaddim tal-passaport tal-batteriji Id-disinn tekniku u t-tħaddim tal-passaport tal-batteriji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin:
(a)
il-passaport tal-batteriji għandu jkunu kompletament interoperabbli ma’ passaporti ta’ prodotti diġitali oħra meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni dwar id-disinn ekoloġiku, fir-rigward tal-aspetti tekniċi, semantiċi u organizzattivi tal-komunikazzjoni minn tarf sa tarf u tat-trasferiment tad-data;
(b)
il-konsumaturi, l-operaturi ekonomiċi u atturi rilevanti oħra għandu jkollhom aċċess għall-passaport tal-batteriji mingħajr ħlas u abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess rispettivi tagħhom stabbiliti fl-Anness XIII u l-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 77(9);
(c)
id-data inkluża fil-passaport tal-batteriji għandha tinħażen mill-operatur ekonomiku responsabbli għall-issodisfar tal-obbligi skont l-Artikolu 77(4) jew (7), jew mill-operaturi awtorizzati li jaġixxu f’isimhom;
(d)
jekk id-data inkluża fil-passaport tal-batteriji tinħażen jew tiġi pproċessata b’xi mod ieħor minn operaturi awtorizzati li jaġixxu f’isem l-operatur ekonomiku responsabbli għall-issodisfar tal-obbligi skont l-Artikolu 77(4) jew (7), dawk l-operaturi ma għandhomx jitħallew ibigħu, jużaw mill-ġdid jew jipproċessaw tali data, kompletament jew parzjalment, lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-forniment tas-servizzi rilevanti ta’ ħżin jew ipproċessar;
(e)
il-passaport tal-batteriji għandu jibqa’ disponibbli wara li l-operatur ekonomiku responsabbli għall-issodisfar tal-obbligi skont l-Artikolu 77(4) jew (7) ma jibqax jeżisti jew iwaqqaf l-attività tiegħu fl-Unjoni;
(f)
id-drittijiet għall-aċċess, għall-introduzzjoni, il-modifika jew l-aġġornament tal-informazzjoni fil-passaport tal-batteriji għandhom ikunu ristretti abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess speċifikati fl-Anness XIII u l-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 77(9);
(g)
għandhom ikunu żgurati l-awtentikazzjoni, l-affidabbiltà u l-integrità tad-data;
(h)
il-passaporti tal-batteriji għandhom ikunu tali li jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà u ta’ privatezza u jevitaw il-frodi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|