+KAPITOLU IX Passaport diġitali tal-batteriji
---+Artikolu 77 Passaport tal-batteriji
------+Artikolu 77 1.
------+Artikolu 77 2.
------+Artikolu 77 3.
------+Artikolu 77 4.
------+Artikolu 77 5.
------+Artikolu 77 6.
------+Artikolu 77 7.
------+Artikolu 77 8.
------+Artikolu 77 9.
------+Artikolu 77 10.
---+Artikolu 78 Disinn tekniku u t-tħaddim tal-passaport tal-batteriji

KAPITOLU IX Passaport diġitali tal-batteriji

KAPITOLU IX Passaport diġitali tal-batteriji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 77 Passaport tal-batteriji
Artikolu 78 Disinn tekniku u t-tħaddim tal-passaport tal-batteriji

Artikolu 78

Disinn tekniku u t-tħaddim tal-passaport tal-batteriji

Id-disinn tekniku u t-tħaddim tal-passaport tal-batteriji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin:

(a) 

il-passaport tal-batteriji għandu jkunu kompletament interoperabbli ma’ passaporti ta’ prodotti diġitali oħra meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni dwar id-disinn ekoloġiku, fir-rigward tal-aspetti tekniċi, semantiċi u organizzattivi tal-komunikazzjoni minn tarf sa tarf u tat-trasferiment tad-data;

(b) 

il-konsumaturi, l-operaturi ekonomiċi u atturi rilevanti oħra għandu jkollhom aċċess għall-passaport tal-batteriji mingħajr ħlas u abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess rispettivi tagħhom stabbiliti fl-Anness XIII u l-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 77(9);

(c) 

id-data inkluża fil-passaport tal-batteriji għandha tinħażen mill-operatur ekonomiku responsabbli għall-issodisfar tal-obbligi skont l-Artikolu 77(4) jew (7), jew mill-operaturi awtorizzati li jaġixxu f’isimhom;

(d) 

jekk id-data inkluża fil-passaport tal-batteriji tinħażen jew tiġi pproċessata b’xi mod ieħor minn operaturi awtorizzati li jaġixxu f’isem l-operatur ekonomiku responsabbli għall-issodisfar tal-obbligi skont l-Artikolu 77(4) jew (7), dawk l-operaturi ma għandhomx jitħallew ibigħu, jużaw mill-ġdid jew jipproċessaw tali data, kompletament jew parzjalment, lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-forniment tas-servizzi rilevanti ta’ ħżin jew ipproċessar;

(e) 

il-passaport tal-batteriji għandu jibqa’ disponibbli wara li l-operatur ekonomiku responsabbli għall-issodisfar tal-obbligi skont l-Artikolu 77(4) jew (7) ma jibqax jeżisti jew iwaqqaf l-attività tiegħu fl-Unjoni;

(f) 

id-drittijiet għall-aċċess, għall-introduzzjoni, il-modifika jew l-aġġornament tal-informazzjoni fil-passaport tal-batteriji għandhom ikunu ristretti abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess speċifikati fl-Anness XIII u l-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 77(9);

(g) 

għandhom ikunu żgurati l-awtentikazzjoni, l-affidabbiltà u l-integrità tad-data;

(h) 

il-passaporti tal-batteriji għandhom ikunu tali li jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà u ta’ privatezza u jevitaw il-frodi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.