+Artikolu 79 Proċedura fil-livell nazzjonali għat-trattament tal-batteriji li jippreżentaw riskju
---+Artikolu 79 1.
---+Artikolu 79 2.
---+Artikolu 79 3.
---+Artikolu 79 4.
---+Artikolu 79 5.
---+Artikolu 79 6.
---+Artikolu 79 7.
---+Artikolu 79 8.
|
Artikolu 79 Proċedura fil-livell nazzjonali għat-trattament tal-batteriji li jippreżentaw riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 79 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2019/1020, meta l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ikollhom raġuni suffiċjenti biex jemmnu li batterija koperta minn dan ir-Regolament tippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għas-sikurezza tal-persuni, għall-proprjetà jew għall-ambjent, huma għandhom iwettqu evalwazzjoni b’rabta mal-batterija kkonċernata li tkun tkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stipulati f’dan ir-Regolament. Meta, matul l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq isibu li l-batterija ma tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament (“batterija mhux konformi”), huma għandhom mingħajr dewmien jirrikjedu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjoni korrettiva xierqa kollha, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli preskritt mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u proporzjonat man-natura tar-riskju, biex il-batterija ssir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, biex jirtiraha mis-suq, jew biex isejħilha lura. L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-korp innotifikat rilevanti kif xieraq.
|
|
Artikolu 79 2.
|
L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bir-riżultati tal-evalwazzjoni u bl-azzjonijiet li jkunu talbu lill-operatur ekonomiku jieħu.
|
|
Artikolu 79 3.
|
L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi kollha xierqa fir-rigward tal-batteriji mhux konformi kollha li l-operatur ekonomiku jkun qiegħed fis-suq fl-Unjoni kollha.
|
|
Artikolu 79 4.
|
Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva xierqa fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri proviżorji kollha xierqa biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid tal-batteriji mhux konformi fis-suq nazzjonali tagħhom, biex jirtiraw dawk il-batteriji minn dak is-suq jew biex issejħuhom lura mis-suq. L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.
|
|
Artikolu 79 5.
|
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-batterija mhux konformi, l-oriġini ta’ dik il-batterija, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità huwiex dovut għal xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
in-nuqqas tal-batterija li tikkonforma mal-Artikoli 6 sa 10 jew l-Artikolu 12, 13 jew 14;
(b)
nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 15;
(c)
nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16.
|
|
Artikolu 79 6.
|
L-Istati Membri minbarra l-Istat Membru li jibda l-proċedura skont dan l-Artikolu għandhom, mingħajr dewmien, jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bi kwalunkwe miżura adottata u bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-batterija kkonċernata u, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil mal-miżura nazzjonali adottata, bl-oġġezzjonijiet tagħhom.
|
|
Artikolu 79 7.
|
Meta, fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ miżura proviżorja meħuda minn awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, dik il-miżura għandha titqies ġustifikata.
|
|
Artikolu 79 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi xierqa, bħall-irtirar tal-batterija mhux konformi mis-suq, fir-rigward tal-batterija mhux konformi mingħajr dewmien.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|