|
+Artikolu 94 2. |
Artikolu 94 2.B’kont meħud tal-progress tekniku u l-esperjenza prattika miksuba fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tinkludi, fir-rapport tagħha, evalwazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin ta’ dan ir-Regolament:
(a)
il-lista ta’ formati komuni li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ batteriji portabbli ta’ użu ġenerali;
(b)
ir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà u sikurezza stipulati fil-Kapitolu II, inkluż il-ħtieġa possibbli li tiġi introdotta projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ batteriji li mhumiex konformi mar-restrizzjonijiet stipulati fl-Anness I;
(c)
ir-rekwiżiti ta’ tikkettar u informazzjoni stipulati fil-Kapitolu III;
(d)
ir-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta għall-batteriji stipulati fl-Artikoli 48 sa 53;
(e)
il-miżuri dwar l-immaniġġar tal-iskart ta’ batteriji stipulati fil-Kapitolu VIII, inkluż il-possibbiltà li jiġu introdotti żewġ sottokategoriji ta’ batteriji portabbli jiġifieri batteriji portabbli rikarikabbli u mhux rikarikabbli, b’miri ta’ ġbir separat, u li tiġi introdotta mira ta’ ġbir separat għall-batteriji portabbli ta’ użu ġenerali;
(f)
il-miżuri rigward il-passaport tal-batteriji stabbiliti fil-Kapitolu IX;
(g)
il-ksur u l-effettività, il-proporzjonalità u d-dissważività tal-penali kif stabbiliti fl-Artikolu 93;
(h)
analiżi tal-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-kompetittività u fuq l-investimenti fis-settur tal-batteriji, kif ukoll tal-piż amministrattiv li jirriżulta minn dan ir-Regolament. Fejn ikun xieraq, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emendar tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|