+Artikolu 94 Rieżami
---+Artikolu 94 1.
---+Artikolu 94 2.
---+Artikolu 94 3.
---+Artikolu 94 4.
---+Artikolu 94 5.
---+Artikolu 94 6.
|
Artikolu 94 Rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 94 1.
|
Sat-30 ta’ Ġunju 2031, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami u tħejji rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-impatt tiegħu fuq l-ambjent, fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq il-funzjonament tas-suq intern u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 94 2.
|
B’kont meħud tal-progress tekniku u l-esperjenza prattika miksuba fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tinkludi, fir-rapport tagħha, evalwazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin ta’ dan ir-Regolament:
(a)
il-lista ta’ formati komuni li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ batteriji portabbli ta’ użu ġenerali;
(b)
ir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà u sikurezza stipulati fil-Kapitolu II, inkluż il-ħtieġa possibbli li tiġi introdotta projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ batteriji li mhumiex konformi mar-restrizzjonijiet stipulati fl-Anness I;
(c)
ir-rekwiżiti ta’ tikkettar u informazzjoni stipulati fil-Kapitolu III;
(d)
ir-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta għall-batteriji stipulati fl-Artikoli 48 sa 53;
(e)
il-miżuri dwar l-immaniġġar tal-iskart ta’ batteriji stipulati fil-Kapitolu VIII, inkluż il-possibbiltà li jiġu introdotti żewġ sottokategoriji ta’ batteriji portabbli jiġifieri batteriji portabbli rikarikabbli u mhux rikarikabbli, b’miri ta’ ġbir separat, u li tiġi introdotta mira ta’ ġbir separat għall-batteriji portabbli ta’ użu ġenerali;
(f)
il-miżuri rigward il-passaport tal-batteriji stabbiliti fil-Kapitolu IX;
(g)
il-ksur u l-effettività, il-proporzjonalità u d-dissważività tal-penali kif stabbiliti fl-Artikolu 93;
(h)
analiżi tal-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-kompetittività u fuq l-investimenti fis-settur tal-batteriji, kif ukoll tal-piż amministrattiv li jirriżulta minn dan ir-Regolament.
Fejn ikun xieraq, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emendar tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 94 3.
|
Filwaqt li tqis ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fir-rapport tagħha l-Kummissjoni għandha tinkludi evalwazzjoni speċifika tal-ħtieġa għal proposta leġiżlattiva biex jiġu emendati l-Artikoli 6, 86, 87 u 88 ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 94 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk hijiex meħtieġa xi emenda għall-Kapitolu VII fid-dawl tal-adozzjoni, jekk ikun hemm, ta’ atti leġiżlattivi tal-Unjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-governanza korporattiva sostenibbli u d-diliġenza dovuta, inkluż obbligi għall-kumpaniji rigward l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-impatti ambjentali negattivi fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħhom stess, l-operazzjonijiet tas-sussidjarji u l-fergħat tagħhom, u l-operazzjonijiet tal-katina tal-valur tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jkun fih ir-riżultati ta’ tali valutazzjoni sa 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe wieħed mill-atti leġiżlattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu, jew sat-30 ta’ Ġunju 2031, skont liema jiġi l-ewwel. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha takkumpanja r-rapport tagħha bi proposta leġiżlattiva li temenda l-Kapitolu VII.
|
|
Artikolu 94 5.
|
Sat-30 ta’ Ġunju 2031, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-fattibbiltà u l-konsegwenzi tekniċi tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ “batterija LMT” fl-Artikolu 3, il-punt (11), b’mod partikolari billi jiġu inklużi batteriji li jħaddmu vetturi mhux bir-roti. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġiżlattiva.
|
|
Artikolu 94 6.
|
Sal-1 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif l-aħjar tintroduċi standards armonizzati għal ċarġer komuni għal, rispettivament, batteriji rikarikabbli ddisinjati għal mezzi ta’ trasport ħfief, kif ukoll għal batteriji rikarikabbli inkorporati f’kategoriji speċifiċi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku koperti mid-Direttiva 2012/19/UE. L-apparati tal-iċċarġjar għall-kategoriji u l-klassijiet ta’ tagħmir tar-radju skont l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2014/53/UE għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik il-valutazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|