+Artikolu 4 Awtorità emittenti
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
|
Artikolu 4 Awtorità emittenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea biex tinkiseb data dwar l-abbonati jew biex tinkiseb data mitluba għall-iskop uniku li jiġi identifikat l-utent, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (10), tista’ tinħareġ biss minn:
(a)
imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku kompetenti fil-każ ikkonċernat; jew
(b)
kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kif definita mill-Istat emittenti li, fil-każ ikkonċernat, tkun qiegħda taġixxi fil-kapaċità tagħha bħala awtorità ta’ investigazzjoni fi proċedimenti kriminali b’kompetenza li tordna l-ġbir ta’ evidenza f’konformità mal-liġi nazzjonali; f’każ bħal dan, l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea għandha tiġi vvalidata, wara eżami tal-konformità tagħha mal-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea skont dan ir-Regolament, minn imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat emittenti.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea biex tinkiseb data tat-traffiku, ħlief għal data mitluba għall-iskop uniku li jiġi identifikat l-utent, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (10), jew biex tinkiseb data ta’ kontenut tista’ tinħareġ biss minn:
(a)
imħallef, qorti jew imħallef inkwirenti kompetenti fil-każ ikkonċernat; jew
(b)
kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kif definita mill-Istat emittenti li, fil-każ ikkonċernat, tkun qiegħda taġixxi fil-kapaċità tagħha bħala awtorità ta’ investigazzjoni fi proċedimenti kriminali b’kompetenza li tordna l-ġbir ta’ evidenza f’konformità mal-liġi nazzjonali; f’każ bħal dan, l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea għandha tiġi vvalidata, wara eżami tal-konformità tagħha mal-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea skont dan ir-Regolament, minn imħallef, qorti jew imħallef inkwirenti fl-Istat emittenti.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea għad-data ta’ kwalunkwe kategorija tista’ tinħareġ biss minn:
(a)
imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku kompetenti fil-każ ikkonċernat; jew
(b)
kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kif definita mill-Istat emittenti li, fil-każ ikkonċernat, tkun qiegħda taġixxi fil-kapaċità tagħha bħala awtorità ta’ investigazzjoni fi proċedimenti kriminali b’kompetenza li tordna l-ġbir ta’ evidenza f’konformità mal-liġi nazzjonali; f’każ bħal dan, l-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea għandha tiġi vvalidata, wara eżami tal-konformità tagħha mal-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea skont dan ir-Regolament, minn imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat emittenti.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Fejn Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea jew Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea tkun ġiet ivvalidata minn awtorità ġudizzjarja skont il-paragrafu 1, il-punt (b), il-paragrafu 2, il-punt (b), jew il-paragrafu 3, il-punt (b), dik l-awtorità tista’ titqies ukoll bħala awtorità emittenti għall-finijiet ta’ trażmissjoni tal-EPOC u l-EPOC-PR.
|
|
Artikolu 4 5.
|
F’każ ta’ emerġenza stabbilit b’mod validu, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (18), l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), u fil-paragrafu 3, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu jistgħu b’mod eċċezzjonali joħorġu Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea għad-data dwar l-abbonati jew għad-data mitluba għall-iskop uniku li jiġi identifikat l-utent kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (10), jew Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea, mingħajr validazzjoni minn qabel tal-ordni kkonċernata, meta l-validazzjoni ma tkunx tista’ tinkiseb fil-ħin u meta dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu joħorġu ordni f’każ domestiku simili mingħajr validazzjoni minn qabel. L-awtorità emittenti għandha tfittex validazzjoni ex post tal-ordni kkonċernata mingħajr dewmien żejjed, mhux aktar tard minn 48 siegħa. Meta ma tingħatax tali validazzjoni ex post tal-ordni kkonċernata, l-awtorità emittenti għandha tirtira l-ordni immedjatament u għandha tħassar jew inkella tirrestrinġi l-użu ta’ kwalunkwe data li tkun inkisbet.
|
|
Artikolu 4 6.
|
Kull Stat Membru jista’ jaħtar awtorità ċentrali waħda jew aktar biex ikunu responsabbli għat-trażmissjoni amministrattiva ta’ EPOCs u EPOC-PRs, ta’ Ordnijiet ta’ Produzzjoni Ewropej u Ordnijiet ta’ Preservazzjoni Ewropej u ta’ notifiki, u għall-wasla ta’ data u notifiki kif ukoll għat-trażmissjoni ta’ korrispondenza uffiċjali oħra relatata ma’ tali ċertifikati jew ordnijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1543
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|