|
+Artikolu 12 1. |
Artikolu 12 1.Meta l-awtorità emittenti tkun innotifikat lill-awtorità tal-infurzar skont l-Artikolu 8, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(3), l-awtorità tal-infurzar għandha, mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn 10 ijiem wara li tirċievi n-notifika, jew, f’każijiet ta’ emerġenza, sa mhux aktar tard minn 96 siegħa wara tali riċevuta, tivvaluta l-informazzjoni stabbilita fl-ordni u, fejn xieraq, tqajjem waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin għal rifjut:
(a)
id-data mitluba tkun protetta minn immunitajiet jew privileġġi mogħtija skont il-liġi tal-Istat tal-infurzar li jipprevjenu l-eżekuzzjoni jew l-infurzar tal-ordni, jew id-data mitluba tkun koperta minn regoli dwar id-determinazzjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabbiltà kriminali relatati mal-libertà tal-istampa jew il-libertà tal-espressjoni f’media oħra, li jipprevjenu l-eżekuzzjoni jew l-infurzar tal-ordni;
(b)
f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, ikun hemm raġunijiet sostanzjali biex temmen, abbażi ta’ evidenza speċifika u oġġettiva, li l-eżekuzzjoni tal-ordni, fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, tkun tinvolvi ksur ċar ta’ dritt fundamentali rilevanti kif stabbilit fl-Artikolu 6 tat-TUE u fil-Karta;
(c)
l-eżekuzzjoni tal-ordni tmur kontra l-prinċipju ta’ ne bis in idem;
(d)
l-għamil li fir-rigward tiegħu tkun inħarġet l-ordni ma tikkostitwixxix reat skont il-liġi tal-Istat tal-infurzar, sakemm ma kkonċernax reat elenkat fost il-kategoriji ta’ reati stabbiliti fl-Anness IV, kif indikat mill-awtorità emittenti fl-EPOC, jekk ikun punibbli fl-Istat emittenti b’sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-anqas tliet snin. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|