+Artikolu 12 Raġunijiet għar-rifjut ta’ Ordnijiet ta’ Produzzjoni Ewropej
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.

Artikolu 12 Raġunijiet għar-rifjut ta’ Ordnijiet ta’ Produzzjoni Ewropej

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.

Meta l-awtorità emittenti tkun innotifikat lill-awtorità tal-infurzar skont l-Artikolu 8, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(3), l-awtorità tal-infurzar għandha, mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn 10 ijiem wara li tirċievi n-notifika, jew, f’każijiet ta’ emerġenza, sa mhux aktar tard minn 96 siegħa wara tali riċevuta, tivvaluta l-informazzjoni stabbilita fl-ordni u, fejn xieraq, tqajjem waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin għal rifjut:

(a) 

id-data mitluba tkun protetta minn immunitajiet jew privileġġi mogħtija skont il-liġi tal-Istat tal-infurzar li jipprevjenu l-eżekuzzjoni jew l-infurzar tal-ordni, jew id-data mitluba tkun koperta minn regoli dwar id-determinazzjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabbiltà kriminali relatati mal-libertà tal-istampa jew il-libertà tal-espressjoni f’media oħra, li jipprevjenu l-eżekuzzjoni jew l-infurzar tal-ordni;

(b) 

f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, ikun hemm raġunijiet sostanzjali biex temmen, abbażi ta’ evidenza speċifika u oġġettiva, li l-eżekuzzjoni tal-ordni, fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, tkun tinvolvi ksur ċar ta’ dritt fundamentali rilevanti kif stabbilit fl-Artikolu 6 tat-TUE u fil-Karta;

(c) 

l-eżekuzzjoni tal-ordni tmur kontra l-prinċipju ta’ ne bis in idem;

(d) 

l-għamil li fir-rigward tiegħu tkun inħarġet l-ordni ma tikkostitwixxix reat skont il-liġi tal-Istat tal-infurzar, sakemm ma kkonċernax reat elenkat fost il-kategoriji ta’ reati stabbiliti fl-Anness IV, kif indikat mill-awtorità emittenti fl-EPOC, jekk ikun punibbli fl-Istat emittenti b’sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-anqas tliet snin.

Artikolu 12 2.
Meta l-awtorità tal-infurzar tqajjem raġuni għal rifjut skont il-paragrafu 1, hija għandha tinforma lid-destinatarju u lill-awtorità emittenti. Id-destinatarju għandu jwaqqaf l-eżekuzzjoni tal-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea u ma jittrasferixxix id-data, u l-awtorità emittenti għandha tirtira l-ordni.
Artikolu 12 3.
Qabel ma tiddeċiedi li tqajjem raġuni għal rifjut, l-awtorità tal-infurzar notifikata skont l-Artikolu 8 għandha tikkuntattja lill-awtorità emittenti bi kwalunkwe mezz xieraq, sabiex tiddiskuti l-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu. Abbażi ta’ dan, l-awtorità emittenti tista’ tiddeċiedi li tadatta jew tirtira l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea. Meta, wara tali diskussjonijiet, ma tintlaħaq l-ebda soluzzjoni, l-awtorità tal-infurzar notifikata skont l-Artikolu 8 tista’ tiddeċiedi li tqajjem raġunijiet għar-rifjut tal-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea u tinforma lill-awtorità emittenti u lid-destinatarju kif xieraq.
Artikolu 12 4.
Meta l-awtorità tal-infurzar tiddeċiedi li tqajjem raġunijiet għal rifjut skont il-paragrafu 1, hija tista’ tindika jekk toġġezzjonax għat-trasferiment tad-data kollha mitluba fl-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea jew jekk id-data tistax tiġi ttrasferita jew użata parzjalment biss taħt il-kondizzjonijiet speċifikati mill-awtorità tal-infurzar.
Artikolu 12 5.
Fejn is-setgħa li jiġu rinunzjati l-immunità jew il-privileġġ kif stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, tkun ta’ awtorità tal-Istat tal-infurzar, l-awtorità emittenti tista’ titlob lill-awtorità tal-infurzar notifikata skont l-Artikolu 8 tikkuntattja lil dik l-awtorità tal-Istat tal-infurzar biex titlobha teżerċita dik is-setgħa mingħajr dewmien. Fejn is-setgħa li jiġu rinunzjati l-immunità jew il-privileġġ tkun ta’ awtorità ta’ Stat Membru ieħor jew pajjiż terz jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali, l-awtorità emittenti tista’ titlob lill-awtorità kkonċernata biex teżerċita dik is-setgħa.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1543
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.