|
+Artikolu 16 4. |
Artikolu 16 4.L-infurzar tal-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea jista’ jiġi rrifjutat biss abbażi ta’ raġuni waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
(a)
l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea ma tkunx inħarġet jew ma tkunx ġiet ivvalidata minn awtorità emittenti kif previst fl-Artikolu 4;
(b)
l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea ma tkunx inħarġet għal reat previst mill-Artikolu 5(4);
(c)
id-destinatarju ma setax jikkonforma mal-EPOC minħabba impossibbiltà de facto minħabba ċirkostanzi mhux attribwibbli lid-destinatarju, jew minħabba li l-EPOC ikun fih żbalji manifesti;
(d)
l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea ma tkunx tirrigwarda data maħżuna mill-fornitur tas-servizz jew f’ismu fil-mument li jiġi riċevut l-EPOC;
(e)
is-servizz ma jkunx kopert minn dan ir-Regolament;
(f)
id-data mitluba tkun protetta minn immunitajiet jew privileġġi mogħtija skont il-liġi tal-Istat tal-infurzar, jew id-data mitluba tkun koperta minn regoli dwar id-determinazzjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabbiltà kriminali relatati mal-libertà tal-istampa jew il-libertà tal-espressjoni f’media oħra, li jipprevjenu l-eżekuzzjoni jew l-infurzar tal-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea;
(g)
f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, abbażi tal-unika informazzjoni li tinsab fl-EPOC, ikun evidenti li hemm raġunijiet sostanzjali biex temmen, abbażi ta’ evidenza speċifika u oġġettiva, li l-eżekuzzjoni tal-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea, fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, tkun tinvolvi ksur ċar ta’ dritt fundamentali rilevanti kif stabbilit fl-Artikolu 6 tat-TUE u fil-Karta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|