+Artikolu 16 Proċedura għall-infurzar
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16 7.
---+Artikolu 16 8.
---+Artikolu 16 9.
---+Artikolu 16 10.
|
Artikolu 16 Proċedura għall-infurzar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
Meta d-destinatarju ma jikkonformax ma’ EPOC sal-iskadenza jew ma’ EPOC-PR, mingħajr ma jipprovdi raġunijiet aċċettati mill-awtorità emittenti, u, jekk applikabbli, meta l-awtorità tal-infurzar ma tkun invokat ebda waħda mir-raġunijiet għar-rifjut kif previst fl-Artikolu 12, l-awtorità emittenti tista’ titlob lill-awtorità tal-infurzar biex tinforza l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea jew l-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea. Għall-fini tal-infurzar kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità emittenti għandha tittrasferixxi l-ordni kkonċernata, il-formola stabbilita fl-Anness III kif mimlija mid-destinatarju, u kwalunkwe dokument rilevanti f’konformità mal-Artikolu 19. L-awtorità emittenti għandha tittraduċi l-ordni kkonċernata u kwalunkwe dokument li jrid jiġi ttrasferit f’waħda mil-lingwi aċċettati mill-Istat tal-infurzar u għandha tinforma lid-destinatarju dwar it-trasferiment.
|
|
Artikolu 16 2.
|
Malli tirċeviha, l-awtorità tal-infurzar għandha tirrikonoxxi mingħajr formalitajiet ulterjuri u tieħu l-miżuri neċessarji għall-infurzar ta’:
(a)
Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea, sakemm l-awtorità tal-infurzar ma tqisx li tapplika waħda mir-raġunijiet previsti fil-paragrafu 4; jew
(b)
Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea, sakemm l-awtorità tal-infurzar ma tqisx li tapplika waħda mir-raġunijiet previsti fil-paragrafu 5.
L-awtorità tal-infurzar għandha tieħu d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tal-ordni kkonċernata mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li tirċievi dik l-ordni.
|
|
Artikolu 16 3.
|
L-awtorità tal-infurzar għandha tirrikjedi formalment lid-destinatarju biex jikkonforma mal-obbligi rilevanti tiegħu, u għandha tinforma lid-destinatarju b’dan li ġej:
(a)
il-possibbiltà li joġġezzjona għall-eżekuzzjoni tal-ordni kkonċernata billi jinvoka waħda mir-raġunijiet jew aktar elenkati fil-paragrafu 4, il-punti (a) sa (f), jew fil-paragrafu 5, il-punti (a) sa (e);
(b)
il-penali applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità; u
(c)
l-iskadenza għall-konformità jew għall-oġġezzjoni.
|
|
Artikolu 16 4.
|
L-infurzar tal-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea jista’ jiġi rrifjutat biss abbażi ta’ raġuni waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
(a)
l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea ma tkunx inħarġet jew ma tkunx ġiet ivvalidata minn awtorità emittenti kif previst fl-Artikolu 4;
(b)
l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea ma tkunx inħarġet għal reat previst mill-Artikolu 5(4);
(c)
id-destinatarju ma setax jikkonforma mal-EPOC minħabba impossibbiltà de facto minħabba ċirkostanzi mhux attribwibbli lid-destinatarju, jew minħabba li l-EPOC ikun fih żbalji manifesti;
(d)
l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea ma tkunx tirrigwarda data maħżuna mill-fornitur tas-servizz jew f’ismu fil-mument li jiġi riċevut l-EPOC;
(e)
is-servizz ma jkunx kopert minn dan ir-Regolament;
(f)
id-data mitluba tkun protetta minn immunitajiet jew privileġġi mogħtija skont il-liġi tal-Istat tal-infurzar, jew id-data mitluba tkun koperta minn regoli dwar id-determinazzjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabbiltà kriminali relatati mal-libertà tal-istampa jew il-libertà tal-espressjoni f’media oħra, li jipprevjenu l-eżekuzzjoni jew l-infurzar tal-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea;
(g)
f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, abbażi tal-unika informazzjoni li tinsab fl-EPOC, ikun evidenti li hemm raġunijiet sostanzjali biex temmen, abbażi ta’ evidenza speċifika u oġġettiva, li l-eżekuzzjoni tal-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea, fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, tkun tinvolvi ksur ċar ta’ dritt fundamentali rilevanti kif stabbilit fl-Artikolu 6 tat-TUE u fil-Karta.
|
|
Artikolu 16 5.
|
L-infurzar tal-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea jista’ jiġi rrifjutat biss abbażi ta’ raġuni waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
(a)
l-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea ma tkunx inħarġet jew ma tkunx ġiet ivvalidata minn awtorità emittenti kif previst fl-Artikolu 4;
(b)
id-destinatarju ma setax jikkonforma mal-EPOC-PR minħabba impossibbiltà de facto minħabba ċirkostanzi mhux attribwibbli lid-destinatarju, jew minħabba li l-EPOC-PR ikun fih żbalji manifesti;
(c)
l-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea ma tkunx tirrigwarda data maħżuna mill-fornitur tas-servizzi fil-mument li jiġi riċevut l-EPOC-PR;
(d)
is-servizz ma jkunx kopert mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(e)
id-data mitluba tkun protetta minn immunitajiet jew privileġġi mogħtija skont il-liġi tal-Istat tal-infurzar, jew id-data mitluba tkun koperta minn regoli dwar id-determinazzjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabbiltà kriminali relatati mal-libertà tal-istampa jew il-libertà tal-espressjoni f’media oħra, li jipprevjenu l-eżekuzzjoni jew l-infurzar tal-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea;
(f)
f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, abbażi tal-unika informazzjoni li tinsab fl-EPOC-PR, ikun evidenti li hemm raġunijiet sostanzjali biex temmen, abbażi ta’ evidenza speċifika u oġġettiva, li l-eżekuzzjoni tal-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea, fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, tkun tinvolvi ksur ċar ta’ dritt fundamentali rilevanti kif stabbilit fl-Artikolu 6 tat-TUE u fil-Karta.
|
|
Artikolu 16 6.
|
Fil-każ ta’ oġġezzjoni mid-destinatarju kif imsemmi fil-paragrafu 3, il-punt (a), l-awtorità tal-infurzar għandha tiddeċiedi jekk tinfurzax jew le l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea jew l-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea fuq il-bażi ta’ kwalunkwe informazzjoni pprovduta mid-destinatarju u, jekk ikun meħtieġ, informazzjoni supplimentari miksuba mingħand l-awtorità emittenti skont il-paragrafu 7.
|
|
Artikolu 16 7.
|
Qabel tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix jew li ma tinfurzax l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea jew l-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea skont il-paragrafu 2 jew 6, rispettivament, l-awtorità tal-infurzar għandha tikkonsulta lill-awtorità emittenti bi kwalunkwe mezz xieraq. Fejn ikun xieraq, hija għandha titlob aktar informazzjoni mingħand l-awtorità emittenti. L-awtorità emittenti għandha twieġeb għal kwalunkwe talba bħal din fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol.
|
|
Artikolu 16 8.
|
L-awtorità tal-infurzar għandha tinnotifika immedjatament lill-awtorità emittenti u lid-destinatarju bid-deċiżjonijiet kollha tagħha.
|
|
Artikolu 16 9.
|
Jekk l-awtorità tal-infurzar tikseb id-data mitluba minn Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea mingħand id-destinatarju, hija għandha tittrażmetti dik id-data lill-awtorità emittenti mingħajr dewmien żejjed.
|
|
Artikolu 16 10.
|
Meta d-destinatarju ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea jew Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea rikonoxxuta li l-infurzabbiltà tagħha tkun ġiet ikkonfermata mill-awtorità tal-infurzar, dik l-awtorità għandha timponi penali pekunarja skont l-Artikolu 15. Għandu jkun disponibbli rimedju ġudizzjarju effettiv kontra deċiżjoni li tiġi imposta penali pekunarja.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1543
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|