+Artikolu 18 Rimedji effettivi
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.

Artikolu 18 Rimedji effettivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.
Mingħajr preġudizzju għal aktar rimedji legali disponibbli f’konformità mal-liġi nazzjonali, kwalunkwe persuna li d-data tagħha tkun intalbet permezz ta’ Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea għandu jkollha d-dritt għal rimedji effettivi kontra dik l-ordni. Meta dik il-persuna tkun persuna suspettata jew akkużata, tali persuna għandu jkollha d-dritt għal rimedji effettivi matul il-proċedimenti kriminali li fihom kienet qed tintuża d-data. Id-dritt għal rimedji effettivi msemmi f’dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt li wieħed ifittex rimedji skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680.
Artikolu 18 2.
Id-dritt għal rimedji effettivi għandu jiġi eżerċitat quddiem qorti fl-Istat emittenti skont il-liġi nazzjonali tiegħu u għandu jinkludi l-possibbiltà li tiġi kkontestata l-legalità tal-miżura, inklużi n-neċessità u l-proporzjonalità tagħha, mingħajr preġudizzju għall-garanziji tad-drittijiet fundamentali fl-Istat tal-infurzar.
Artikolu 18 3.
Għall-finijiet tal-Artikolu 13(1), l-informazzjoni għandha tingħata fi żmien debitu dwar il-possibbiltajiet skont il-liġi nazzjonali biex jinstabu rimedji u għandu jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jiġu eżerċitati b’mod effettiv.
Artikolu 18 4.
L-istess limiti ta’ żmien jew kondizzjonijiet oħra għat-tfittxija ta’ rimedji f’każijiet domestiċi simili għandhom japplikaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u b’mod li jiggarantixxi li l-persuni kkonċernati jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal dawk ir-rimedji b’mod effettiv.
Artikolu 18 5.
Mingħajr preġudizzju għar-regoli proċedurali nazzjonali, l-Istat emittenti u kwalunkwe Stat Membru ieħor li jkun irċieva evidenza elettronika skont dan ir-Regolament għandu jiżgura li d-drittijiet tad-difiża u tal-ġustizzja tal-proċedimenti jiġu rispettati meta ssir il-valutazzjoni tal-provi miksuba permezz tal-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1543
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.