+Artikolu 19 Komunikazzjoni diġitali sigura u skambju ta’ data bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri ta’ servizzi u bejn l-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
|
Artikolu 19 Komunikazzjoni diġitali sigura u skambju ta’ data bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri ta’ servizzi u bejn l-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Il-komunikazzjoni bil-miktub bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-istabbilimenti jew ir-rappreżentanti legali deżinjati skont dan ir-Regolament, inkluż l-iskambju tal-formoli previsti f’dan ir-Regolament u d-data mitluba skont Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea jew Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea, għandha titwettaq permezz ta’ sistema tal-IT deċentralizzata sigura u affidabbli (“is-sistema tal-IT deċentralizzata”).
|
|
Artikolu 19 2.
|
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-istabbilimenti jew ir-rappreżentanti legali deżinjati tal-fornituri tas-servizzi li jinsabu f’dak l-Istat Membru jingħataw aċċess għas-sistema tal-IT deċentralizzata permezz tas-sistema tal-IT nazzjonali rispettiva tagħhom.
|
|
Artikolu 19 3.
|
Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti jew ir-rappreżentanti legali deżinjati tagħhom ikunu jistgħu jużaw is-sistema tal-IT deċentralizzata permezz tas-sistema tal-IT nazzjonali rispettiva sabiex jirċievu EPOCs u EPOC-PRs, jibagħtu d-data mitluba lill-awtorità emittenti u jikkomunikaw bi kwalunkwe mod ieħor mal-awtorità emittenti u l-awtorità tal-infurzar, kif previst f’dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 19 4.
|
Il-komunikazzjoni bil-miktub bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, inkluż l-iskambju tal-formoli previsti f’dan ir-Regolament, u tad-data mitluba skont il-proċedura għall-infurzar kif previst fl-Artikolu 16, kif ukoll il-komunikazzjoni bil-miktub mal-aġenziji jew il-korpi kompetenti tal-Unjoni, għandha titwettaq permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata.
|
|
Artikolu 19 5.
|
Meta komunikazzjoni permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata f’konformità mal-paragrafu 1 jew 4 ma tkunx possibbli minħabba, pereżempju, it-tfixkil fis-sistema tal-IT deċentralizzata, in-natura tal-materjal trażmess, il-limitazzjonijiet tekniċi, bħad-daqs tad-data, ir-restrizzjonijiet legali relatati mal-ammissibbiltà bħala evidenza tad-data mitluba jew ir-rekwiżiti forensiċi applikabbli għad-data mitluba, jew ċirkostanzi eċċezzjonali, it-trażmissjoni għandha titwettaq bl-aktar mezzi alternattivi xierqa, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat skambju ta’ informazzjoni li jkun rapidu, sigur u affidabbli, u li jippermetti li r-riċevitur jistabbilixxi l-awtentiċità.
|
|
Artikolu 19 6.
|
Meta trażmissjoni titwettaq b’mezzi alternattivi kif previst fil-paragrafu 5, l-oriġinatur tat-trażmissjoni għandu jirreġistra t-trażmissjoni, inkluż, kif xieraq, id-data u l-ħin tat-trażmissjoni, l-ispeditur u r-riċevitur, l-isem tal-fajl u d-daqs tiegħu, fis-sistema tal-IT deċentralizzata, mingħajr dewmien żejjed.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1543
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|