|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.L-operaturi tal-punti tal-irriċarġjar għandhom, fil-punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku mħaddma minnhom, jagħtu lill-utenti finali l-possibbiltà li jirriċarġjaw il-vettura elettrika tagħhom fuq bażi ad hoc. Fil-punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku varati mit-13 ta’ April 2024, l-iċċarġjar fuq bażi ad hoc għandu jkun possibbli bl-użu ta’ strument ta’ pagament li jintuża b’mod wiesa’ fl-Unjoni. Għal dak il-għan, l-operaturi tal-punti tal-irriċarġjar għandhom jaċċettaw pagamenti elettroniċi f’dawk il-punti permezz ta’ terminals u apparati użati għal servizzi ta’ pagament, inkluż mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
tagħmir li jaqra l-kards tal-pagament;
(b)
apparati b’funzjonalità mingħajr kuntatt li mill-inqas ikunu kapaċi jaqraw il-kards tal-pagament;
(c)
għal punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku b’potenza tal-output ta’ inqas minn 50 kW, apparati li jużaw konnessjoni mal-internet u li jippermettu tranżazzjonijiet ta’ pagament siguri bħal dawk li jiġġeneraw kodiċi speċifiku ta’ Rispons Rapidu. Mill-1 ta’ Jannar 2027, l-operaturi tal-punti tal-irriċarġjar għandhom jiżguraw li l-punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku kollha mħaddma minnhom, b’potenza tal-output ta’ 50 kW jew aktar varati tul in-network tat-toroq TEN-T jew varati f’żona ta’ parkeġġ sikura u sigura, inklużi punti tal-irriċarġjar varati qabel it-13 ta’ April 2024, jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) jew (b). Terminal jew apparat ta’ pagament wieħed imsemmi fit-tieni subparagrafu jista’ jservi numru ta’ punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku fi grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar. Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku li ma jirrikjedux pagament għas-servizz tal-irriċarġjar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|